Futbol Sport

Sirens jagħmlu pass ieħor lejn il-promozzjoni għall-Kampjonat Premier

(Ritratt: Matthew Tabone)

SIRENS ………………… 1   NAXXAR L. ………….. 0

Sirens: M. Montfort, K.P. Farrugia, R. Mandic, D. Sant, L. Mijic (M. Bustos 62’), M. Morgan Filho (G. Gesualdi 84’), A. Curmi, C. Gauci, I. Adeshina, R. Previ (J.Nwoba 51’), R. Fenech

Naxxar: O. Borg, M. Mifsud, A. Azzopardi, E. Farias Cerqueira, J. Debono, R. Cassar, J. Ellul, A. Buhagiar, S. Nanapere, B. Essel, S. Meilak

Referee: Mario Apap

Sirens għamlu pass ieħor lejn promozzjoni storika b’rebħa minima u diffiċli fuq Naxxar Lions, biex issa it-tim immexxi minn Vince Carbonaro jinsab verament fuq l-għatba tal-Kampjonat Premier u issa jonqos biss il-matematika biex taċċerta minn dan it-tragward prestiġjuż.

Il-logħba kienet waħda mill-iktar bilanċjati u l-Lions taw daqs kemm qalgħu fejn fl-aħħar ħinijiet kien il-gowlkiper ta’ Sirens li salva r-rebħa meta rnexxielu jilqa’ penalty.

Ftit kienu l-azzjonijiet fl-ewwel taqsima bil-gowlkiper Naxxari Borg idawwar għal korner xutt tajjeb ta’ Morgon Filho. Fis-56 minuta wasal dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa meta LUKA MIJIC skorja b’xutt fil-baxxa u preċiż bil-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fit-78 minuta Satruday Nanapere twaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jordna l-penalty, iżda x-xutt ta’ Cerqueira mill-ħdax-il metru kien salvat minn Montfort li dawwar f’korner. Fil-ħin miżjud ċans għal Siens li jagħlqu l-logħba iżda Borg imblokka b’siequ x-xutt ta’ John Nwoba.

Santa Lucia jkomplu jittamaw

SAN ĠWANN ………………. 1   SANTA LUCIA ……………. 4

San Ġwann: C. Formosa, J. Azzopardi, R. Zammit, A. Cachia (S. Hili 53’), A. Borg, P. Kanzurov (Z. Bowman 79’), C. Gauci, K. Gatt (J.P. Attard 70’), J. Tanti, E.Melo Ferreira, R. de Oliveira

Santa Lucia: D. Carabott, J. Busuttil, M. Caruana, N. Spiteri (J. Suda 62’), J. Usuga Mendoza, K. Vella, P. Teixeira Maia, K. Ante Rosero (P. Lapira 77’), J. Magri Overend (N.Micallef 66’), K. Pulo, L. Galea

Referee: Alan Mario Sant

Santa Lucia komplew jittamaw fil-promozzjoni meta bl-iktar mod faċli u b’żewġ gowls f’kull taqsima għelbu l-isfida fjakka ta’ San Gwann. B’din ir-rebħa Santa Lucia żammew il-kuntatt ma’ Gudja li jinsabu fit-tieni post, u saħħew it-tielet pożizzjoni li jkun ifisser play-off ma min jispiċċa t-tielet mill-aħħar fil-Premier.

Minkejja li Santa Lucia sa mill-bidu tal-logħba dehru aħjar fil-grawnd, dawn kellhom jistennew sat-38 minuta beix fetħu l-iskor meta KEVIN ANTE ROSERO approfitta minn żball fid-difiża avversarja u xeħet f’lasta vojta. Tliet minuti wara Santa Lucia rduppjaw meta KARL PULO skorja b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa. Minuta wara ċans għal San Gwann iżda Carabott salva b’mod brillanti l-free-kick ta’ Jan Tanti.

Tnax-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima Santa Lucia kabbru l-iskor meta Neil Spiteri qassam lejn TEIXEIRA MAIA li waħdu minn quddiem il-lasta ma żbaljax. Fit-63 minuta wasal ukoll ir-raba’ gowl meta Usuga Mendoza żmarka lil ANTE ROSERO li bil-kalma kollha skorja t-tieni gowl personali tiegħu. Sitt minuti mit-tmiem ftit ta’ konsolazzjoni għal San Gwann meta RENAN DE OLIVEIRA skorja minn azzjoni ta’ penalty.

Kif Jinsabu

                              L       R       D       T       F       K       Pti

Sirens                    19      14      4        1        49      14      46

Gudja U.               19      11      6        2        30      18      39

Santa Lucia          19      9        8        2        46      22      35

Naxxar L.             19      7        6        6        27      28      27

Pembroke A.       18      6        8        4        25      15      26

Swieqi U.             18      8        2        8        23      25      26

Lija A.                   19      7        5        7        32      32      26

Vittoriosa S.        19      5        7        6        20      21      25

Żejtun C.             18      6        5        7        25      23      23

Mqabba               18      6        4        8        16      25      22

Żebbuġ R.           18      5        6        7        21      23      21

San Ġwann         19      6        1        12      24      38      19

Qrendi                 18      5        2        11      26      36      17

Marsa                  19      1        2        16      12      57      5