Il-ġimgħa li għaddiet, il-Partit Soċjalista Ewropew, nieda l-manifest tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej. Il-Manifest kien approvat f’Kungress apposta li sar f’Madrid.
Il-gazzetta in-Nazzjona għamlet analiżi ta’ dan il-Manifest, li jinkludi numru ta’ riżoluzzjonijiet fosthom waħda bit-titlu “For a Europe of Gender Equality and Empowered Women” li kienet approvata f’kungressi li għalihom attenda wkoll il-mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.
F’paragrafu numru 2 bit-titlu My Body, My Rights, wieħed isib għadd ta’ stqarrijiet li jispjegaw x’inhu t-twemmin tal-Partit Soċjalista Ewropew fil-qasam tad-drittijiet tal-mara. Fost dawn hemm, bi prominenza ‘‘id-dritt għall-abort.’’
Is-Soċjalisti jgħidu hekk: “Nippromwovu s-saħħa riproduttiva kif ukoll id-drittijiet li suppost għandhom ikunu n-norma. Dan jinkludi fost l-oħrajn l-aċċess tal-abort b’mod legali lin-nisa kollha mal-Unjoni Ewropea.”
F’dokument ieħor tal-Kungress ta’ Lisbona, fis-sessjoni tan-nisa l-Partit Soċjalista Ewropew, naqraw dan:
“Il-Partit Soċjalista se jkompli jagħti s-sapport lis-saħħa riproddutiva u kif ukoll lil dawk in-nies li qed ibatu għax ma jistgħux jagħmlu abort. Dan qed jiġri fil-pajjiżi bħal Polonja, l-Irlanda u Malta.”
Dan hu kliem ċar. Kull vot li jingħata lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ewropea huwa vot dirett għas-Soċjalisti Ewropej li fil-Parlament jużawh biex iġibu ‘l quddiem dan il-programm tagħhom.
Dan kollu jfisser li vot għas-soċjalisti Ewropew hu vot favur l-abort.
//= $special ?>