Il-persuni arrestati nhar il-Ġimgħa li għadda wara rejd fil-Blata l-Bajda għadhom ma tressqux il-Qorti hek kkif l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jkomplu.
Kien għall-ħabta tas-19:30 tal-Ġimgħa filgħaxija li grupp kbir ta’ uffiċjali tal-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u tal-Iskwadra Speċjali magħrufa bħala SIU żgassaw ir-residenza u daħlu fuq l-erba’ persuni li kienu fuq ġewwa.
L-ewwel indikazzjonijiet juru li wieħed minn dawk arrestati kien il-persuna responsabbli mit-tqassim tad-droga, waqt li żewġ irġiel u mara oħra kienu fil-post biex jakkwistaw id-droga.
Il-ħidma tal-Pulizija xejn ma kienet faċli anke għall-fatt li l-post kien maħsub u mqassam sew biex ma jsirx kuntatt bejn min kien qed jittraffika u min jabbuża mid-droga.
Filfatt il-Pulizija sabu li r-residenza, mikrija mingħand persuna li qed tiskonta sentenza ta’ priġunerija, kienet inbidlet fi kważi fortifikazzjoni. Tant hu hekk li wara l-bieb ta’ barra kien hemm ammont ta’ knatan waqt li kien hemm ukoll bieb sekondarju tal-ħadid.
Dan apparti kameras tas-sigurtà mal-post kollu kif ukoll, biċċiet tal-ħadid u twieqi u bibien tal-ħadid jimbarraw l-entraturi tant li l-Pulizija kellhom iqattgħu permess ta’ gridner biex jiksbu aċċess minn kamra għall-oħra.
Dan il-bieb kellu biss toqba żgħira u kien iservi bħala counter biex it-traffikant u l-klijenti ma jkollhomx kuntatt personali iżda minn din it-toqba isir l-iskambju tad-droga u l-flus.
Dan kollu wassal biex il-Pulizija jiksbu aċċess minn diversi bnadi, inkluż minn negozju li jinsab bieb ma’ biex mar-residenza. Dan bl-iskop li l-persuni nvoluti jiġu ċċirkondati.
Għalkemm maħsuda, u minkejja li spiċċaw fgati minn amont ta’ duħħan kawża ta’ bombi tal-gass li ġew sparati mill-Pulizija, dawk arrestati qerdu parti mill-evidenza billi xeħtu d-droga fl-aċtu.
Minkejja dan, il-Pulizija xorta waħda rnexxielha televa ammont ta’ droga li qed tkun analizzata.
Sadattant l-investigazzjoni tkompli, bl-inkjesta f’dan il-każ qed titmexxa mill-Maġistrat Monica Vella. S’issa għad mhux magħruf meta u min minn dawk arrestati se jitressqu l-Qorti.
//= $special ?>