Sport

Arrestat wara li attakka lill-plejer ta Aston Villa waqt is-Second City Derby

Raġel ġie arrestat wara li niżel minn mal-ispettaturi jiġri fil-ground u attakka lill-plejer ta’ Aston Villa Jack Grealish.

Dan kollu waqt id-derby fil-konfront bejn Aston Villa u Birmingham hekk kif fuq filmati li qed iduru onlajn jidher biċ-ċar l-aggressur ifajjar daqqa ta’ ponn minn wara bil-konsegwenza li Grealish spiċċa mal-art.

Numru ta’ plejers miż-żewġ timijiet, kif ukoll membri tas-sigurtà żammew lir-raġel filwaqt li beda jwaddabb il-bews lejn is-supporters tal-Birmingham, b’uħud minn dawn tal-aħħar saħansitra jċapċpulu.

Ftit mumenti qabel il-partita kien  hemm ukoll mumenti ta’ tensjoni barra l-istadium tal-Birmingham hekk kif numru ta’ uffiċjali kellhom saħansitra jużaw il-forza fuq is-supporters b’rapporti li kien hemm ukoll xi midruba.