Raġel ta’ 38 sena ġie arrestat wara serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ tard is-Sibt filgħaxija fi Triq in-Naxxar hekk kif uffiċjal tal-Pulizija li kien off-duty innota li kien hemm il-ħġieġa tal-istabbiliment partikolari mkissra.
Kien hawnhekk li lemaħ lill-ħalliel liebes hoodie ħiereġ b’xi affarijiet misruqa f’idejh. Filwaqt li minnufih is-suspettat ħarab minn fuq il-post, ġew msejħa l-Pulizija tad-distrett għall-għajnuna.
Filwaqt li r-raġel ġie arrestat fi Triq il-Wied – fuqu nstabu xi oġġetti misruqa kif ukoll għadd ta’ għodod użati għas-serq.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>
