Lokali Mużika

Chameleon – il-kanzunetta ta’ Michela Pace għall-Eurovision

Chameleon – din hija l-kanzunetta li ntgħażlet minn fost 300 sottomissjoni, li biha Michela Pace ser tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2019 f’Mejju li ġej f’Tel Aviv.

Wara selezzjoni minn gruppi u esponenti fix-xena mużikali ntgħażlet il-kanzunetta b’kitba u kompożizzjoni ta’ Joacim Perrson, Paula Winger, Borislav Milanov u Johan Alkanas.

Żgur li din il-kanzunetta m’għandiex stil li l-poplu Malti u Għawdxi huwa mdorri jisma’ lil Michela Pace  fih iżda turi l-versatilità fil-kant li l-kantanta Għawdxija ta’ 18-il sena għandha.

Fil-jiem li ġejjin Michela mistennija tkompli bil-ħidma tagħha fi triqitha lejn l-Iżrael.