Waqt laqgħa li saret fil-foyer tad-Dar Ċentrali, il-Kandidatat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Roslyn Borg Knight spjegat kif il-ġid f’pajjizna mhux jinqasam b’mod ġust filwaqt li l-batut qed ikompli jbati mingħajr ebda għajnuna minn naħa tal-Gvern.
Is-Segretarju Internazzjonali Roslyn Borg Knight spjegat li hawn diversi nies f’pajjizna li spiccaw jaħdmu sigħat twal sabiex jipprovaw ilaħqu mal-għoli tal-ħajja.
Minn naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo saħaq li l-Gvern Laburista kabbar il-faqar, u issa qed naraw mal-11,000 tifel u tifla qed jiġu mċaħda mill-affarijiet bażiċi.
Ivan Bartolo semma diversi kategoriji ta’ persuni, fosthom pensjonanti, persuni bi problemi ta’ sahha mentali, nisa, tfal, u oħrajn li kontinwament qed ibatu mingħajr ebda għajnuna. Ma’ dawn, jizdiedu wkoll l-ammont kbir ta’ nies bla saqaf fuq rashom jew li jghixu f’karozzi u garaxxijiet.
L-aħħar kelliem kien il-Minority Leader fil-Kunsill Tal-Pietà, Josef Fitzpatrick illi spjega kif il-Kunsilli Lokali qed isofru minn diversi problemi wara li tneħħewlhom diversi responsabbiltajiet illi ttiehdu mill-Gvern Centrali.
Fitzpatrick tkellem dwar il-bzonnijiet tar-residenti f’Tal-Pieta….li jinkludu Day Care Centre għall-anzjani, aktar facilitajiet ta’ parkegg, u sistemi ta’ sigurta’ madwar il-lokalita’.
//= $special ?>