Lokali

Il-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Nanniet Malta

Il-Fondazzjoni Nanniet Malta organizzat mixja ta’ solidarjetà fil-Belt Valletta l-Ħadd filgħodu fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Diversi nanniet ingħaqdu għal din il-mixja li bdiet minn Triq Merkanti u kompliet fi Triq ir-Repubblika akkumpanjati minn brass band. Diversi nanniet oħra ingħaqdu f’din il-mixja billi saqu l-muturi tagħhom.

Fi tmiem il-mixja quddiem il-Parlament, il-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar l-Anzjanità Attiva, Maria Deguara rringrazzjat tax-xogħol siewi li din il-Fondazzjoni qed tagħmel biex iktar anzjani ikunu attivi fis-soċjetà. Hi ħeġġet biex iktar nanniet jiġu inklużi hekk kif dawn l-istess nies għaddew minn sagrifiċċju biex fl-aħħar mill-aħħar wasslu lil Malta fejn tinsab illum.

Maria Deguara fakkret li fil-Parlament Malti beda taħdidiet biex in-nanniet jingħataw id-dritt li jaraw lin-neputijiet tagħhom meta jkun hemm inkwiet fil-familji.