Lokali

Imut Ronnie Pellegrini

Aktar kmieni illum tħabbret il-mewt ta’ Ronnie Pellegrini li tul ħajtu serva f’bosta karigi fosthom fil-General Workers’ Union u fil-Partit Laburista.

Ronnie Pellegrini miet wara marda twila li ħakmitu fl-aħħar xhur.

Hu miet fl-Isptar Mater Dei.

Pellegrini, li ħafna jiftakruh bħala kanvaser ewlieni tal-Ministru Lorry Sant, riċentament kien iddaħħal bħala konsulent mal-Ministeru ta’ Owen Bonnici. Hu serva wkoll bħala Chief of Staff ta’ Helena Dalli.

Il-General Workers’ Union fi stqarrija esprimiet sogħba għall-mewt ta’ Ronnie Pellegrini li għal diversi snin serva f’numru ta’ karigi fi ħdan l-organizzazzjoni fosthom bħala Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport, Segretarju tat-Taqsima Metall kif ukoll f’karigi maniġerjali fil-kumpaniji sussidjarji tagħha.