Sport

Inter jirritornaw għar-rebħ b’rebħa fuq Spal 

(Ritratt: EPA)

FUTBOL TALJAN – SERIE A

Inter irritornaw lura għar-rebħa wara t-telfa xokkanti li kellhom kontra Cagliari fil-partita ta’ qabel meta l-bieraħ għelbu lil Spal 2-0 biex baqgħu biċ-ċans li jirbħu post fiċ-Champions League għall-istaġun li ġej.  L-attakkant Arġentin Lautaro Martinez kellu l-impressjoni li fetaħ li skor għal Inter fit-32 minuta imma l-gowl tiegħu ġie annullat meta konsultazzjoni bil-VAR ikkonfermat li l-plejer ta’ 21 sena kien ikkontrolla l-ballun b’idu qabel ma’ skorja.

Il-midfielder tal-Inter, Marcelo Brozovic kellu jinqala’ għax weġġa’ ftit qabel il-mistrieħ u hawn il-partitarji bdew jaħsbu li kollox kien se jispiċċa fuq nota ħażina, peress li anke d-difensur Miranda kellu jinbidel wara li x’akatax kiser imnieħru.

Il-fortuna sa fl-aħħar daħqet lil Inter meta Matteo Politano skorja b’xutt devjat fis-67th minuta u xutt ieħor ġie devjat minn Roberto Gagliardini wara xutt ta’ Cedric Soares. Dan 10 minuti wara l-ewwel gowl biex ta rebħa ta’ 2-0 lil Inter. Issa Inter jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika, sitt punti fuq AS Roma, Torino u Atalanta. Fis-Serie A, l-ewwel erba’ jikkwalifikaw għaċ-Champions League.

It-tim li jinsab l-aħħar Bologna kiseb rebħa importanti meta dawn għelbu lil Cagliari 2-0. Għat-tim minn Sardinja, draw kien ikun tajjeb, iżda din it-telfa fissret li għad baqalhom triq twila biex iserħu rashom. Paolo Paolo Faragò u Luca Cigarini kienu sospiżi, filwaqt li Ragnar Klavan, Lucas Castro u Alberto Cerri imweġġa’. Filip Bradaric ħa ħsieb nofs il-grawnd, b’Valter Birsa lura fuq il-bank wara li ilu xahar ma jilgħab.

Bologna kellhom lil Simone Edera nieqes, u Andrea Poli inqala’ biex postu ħadu Blerim Dzemaili wara li żball li għamel il-ġimgħa l-oħra. Cagliari ilhom ma jitilfu ma’ Bologna fis-Serie A sa minn Settembru, 2016, bi tlier drawijiet u rebħa.

Bologna rebħu penalty meta Bradaric niżżel il-ballun b’idu wara kross ta’ Orsolini u Erick Pulgar skorja, fejn bagħat lil Cragno in-naħa l-oħra. Bologna kienu l-unika tim li ma ngħatax penalty dan li staġun. Bologna serrħu rashom mir-riżultat meta ż-żewġ akkwisti f’Jannar, ikkombinaw tajjeb bejniethom, b’ Sansone jaqbeż plejer minn fuq ix-xellug u l-kross tiegħu ġie skorjat minn Soriano.

Żewġ gowls minn Andrea Belotti dawru telfa f’rebħa għal Torino, hekk kif huma wkoll kienu mwaqqfa minn serje ta’ 599 minuta mingħajr ma qalgħu gowl, biex għelbu lil Frosinone 2-1.

It-Toro għamlu serje ta’ sitt partiti mingħajr ma jaqilgħu gowl, u daħlu biċ-ċans għal post fl-Ewropa.

Wara li kellu tentatttiv tiegħu milqugħ, huwa skorja bir-ras biex Torino hawn marru minn taħt. Fit-tieni taqsima Torino bir-riħ favur tagħhom dawwru l-partita b’gowls ta’ Belotti.  Iago Falque għal daqsxejn m’għamilhomx 3-1 imma laqat il-wiefqa.

Napoli komplew jaqaw lura minn mal-Juventus meta barra minn darhom ġew miżmuma minn Sassuolo. Kien t-tim li qed jilgħab f’dahru li mar fil-vantaġġ meta Domenico Berardi fetaħ li skor fit-52 minuta. Napoli għafsu għal gowl tad-draw l-aktar lejn l-aħħar tal-partita u rnexxielhom jieħu għal anqas punt meta erba’ minuti mit-tmiem Lorenzo Insigne ġab id-draw.

F’Genoa, Atalanta għelbu lil Sampdoria 2-1. Duvan Zapata fil-50 minuta fetaħ li skor għal Atalanta biex fis-67 minuta minn penalty Fabio Quagliarella għamilhom 1-1, imma 10 minuta wara Robin Gossens ta r-rebħa lil Atalanta.

Fil-partita ta’ tard filgħaxija Fiorentina u Lazio qasmu l-punti fi draw ta’ 1-1. Lazio kienu l-bogħod mill-forma ta’ l-aħħar logħba meta fid-derby tal-kapitali għelbu lil Roma 3-0. Madankollu Ciro Immobile reġa’ kellu partita tajba u fetaħ li skor għal Lazio f’nofs l-ewwel taqsima, iżda il-“Viola” irnexxielhom jieħdu punt b’gowl ta’ Luis Muriel mas-siegħa logħob.