Sport

Liverpool inaqqsu d-distakk wara li rkupraw minn ħasda  

(Ritratt: EPA)

 

FUTBOL INGLIŻ –PREMIER LEAGUE

Liverpool naqqsu d-distakk għal punt taħt il-lijders Manchester City wara li għelbu lil Burnley 4-2 f’Anfield. Żewġ gowls kull wieħed permezz ta’ Sadio Mane u Roberto Firmino reġgħu taw lil Jurgen Klopp rebħa wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra Everton fl-aħħar partita tal-kampjonat.

Burnley ħasdu lil Liverpool wara li korner ta’Ashley Westwood fis-sitt minuta qarraq b’Alisson. Madankollu, doppjetta ta’ Firmino u ieħor minn Mane ta lil Liverpool vantaġġ tajjeb sakemm  Johann Berg Gudmundsson reġa’ skorja fil-ħin miżjud iżda ftit wara fid-93 minuta Mane ukoll għaqqad id-doppjetta . Ir-riżultat iħalli lil Burnley żewġ punti fuq iż-żon l-ħamra. Kienet partita milgħuba f’riħ qawwi u anke xita li anke tellfet mhux ftit l-andament tal-logħba.

Minkejja l-attakki kontinwi tat-tim ta’ Klopp, sa fl-aħħar u b’mod meritat il-Brażiljan Firmino ġab id-draw għar-Reds biex 10 minuti wara Mane serraħ ras il-partitarji. Imbagħad waslu l-gowls fil-ħin miżjud wieħed kull naħa bil-Liverpool jirbħu 4-2.

Fi Stamford Bridge Chelsea ma kienux fil-forma u ġew miżmuma ġew draw minn Wolves u kien ukoll goal ta’ Hazard fl-aħħar ħinijiet li salva punt lit-tim minn Londra. Hazar d stess wara l-partita ammetta li l-wirja tat-tim ma kienitx tajba u qal li mexxew il-ballun bil-mod wisq.

Wolves kienu mmexxija tajjeb mill-Maniġer Nuno li ma tantx taw spazju lil Chelsea, li ż-żewġ punti mitlufa fissru daqqa ta’ ħarta fl-aspirizzjonijiet tagħhom li jispiżżaw mal-ewwel erba’. Wolves kienu fetħu li skor minn Raul Jimenez fis-56 minuta.

Il-caretaker Manager ta’ Manchester United, Ole’ Gunnar Solskjaer baxxa rasu għall-ewwel darba fil-kampjonat Premier fit-telfa ta’ 2-0 kontra Arsenal, barra  minn darhom, ironokament din kienet ukoll l-ewwel telfa għan-Norveġiż f’partita “away”.

Il-United ħolqu diversi okkażjonijiet ta’ skor fejn kienu wkoll traskurati fuq quddiem, b’Lukaku ma jkunx luċidu kif kien fl-aħħar partita, fejn anke tilef xi okkażjonijiet ta’ skor, kif wara kollox għamel ukoll Rashford.

Wara 12-il minuta Granit Xhaka fetaħ li skor għall-Gunners f’azzjoni veloċi tipika tagħhom. Iżda dik kienet l-unika darba li Arsenal taw xutt lejn il-lasti tal-United. Fred għamel penalty fuq Lacazette biex fid-69 minuta Pierre-Emerick Aubameyang ma falliex mill-11-il metru.