Internazzjonali

Michael Jackson jisplodi fiċ-charts Ingliżi

Id-dokumentarju mxandar minn Channel 4 jidher li ta spinta lill-kantant Michael Jackson sabiex fl-aħħar jiem tela’ ‘l fuq fiċ-charts mużikali tar-Renju Unit.

L-album ‘Number Ones’ issa jinsab fil-post 43 tal-iTunes; qabża ‘l fuq ta’ 44 post f’temp ta’ ftit sigħat.

Mhux l-istess ġara fiċ-charts Amerikani fejn Jackson sofra daqqa ta’ 4% wara li ħarġu d-dikjarazzjonijiet iebsin fil-konfront tiegħu.

Il-programm Net AM din il-ġimgħa tratta din it-tema mal-preżentatriċi Angie Laus.