Żagħżugħ mis-Sannat kellu jittieħed b’urġenza l-IsptarĠenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-9:30am fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem – meta għal xi raġuni vettura misjuqa minn raġel ta’ 62 sena minn Għajnsielem stess laqtet mutur misjuq mill-vittma ta’ 28 sena.
Net News hu infurmat li mal-impatt is-sewwieq tal-mutur spiċċa f’għalqa li hemm biswit l-istess triq.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>