Sport

Quite A Feeling u Duc d’Haufor jispikkaw fil-finali Assikura

Tiġrijiet taż-Żwiemel

Ħin rekord nazzjonali ġdid minn Quite A Feeling fuq 2140m

 

Quite A Feeling u Duc d’Haufor rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-bieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu l-finali tal-kampjonati Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold u Bronze rispettivament fuq distanza ta’ 2140m. Dawn il-finali għamlu parti mill-għaxar laqgħa tal-istaġun fuq tnax -il tiġrija kollha ghal żwiemel tat-trott.

Il-laqgha nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet minn Up And Go, misjuq minn Rodney Gatt . Il-bieraħ ukoll kien qiegħed iżur il-korsa tal-Marsa u ħa sehem f’erba’ tiġrijiet, is-sewwieq popolari Belgjan Joseph Verbeeck li rebaħ il-famuża Grand Prix d’Amerique f’Parigi erba’ darbiet.

Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Gold. F’din il-finali, Julian Farrugia poġġa lil Axel Tilly quddiem wara ftit metri mill-bidu tat-tigrija. Iżda madwar 300m mil-linja finali, iż-żiemel ta’ Farrugia deher li qiegħed inaqqas mill-ġiri u eventwalment, f’nofs id-dritta finali, inqabeż mir-rebbieħ Quite A Feeling (Dolan Casha), li min naħa tiegħu beda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta’ barra tul l-ahhar 700m. Sandsjons Revenue (Charles Camilleri) u Ripsos De Fa (Ivan Bilocca) temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Ta’ min wieħed jirrimarka li Quite A Feeling temm rebbieħ f’medja impressjonanti ta’ 1.13.2” fil-kilometru li hu hin rekord ġdid nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2140m.

Minn naħa l-oħra fil-finali Bronze sibna tnax-il żiemel. Kif kien mistenni, Dollydoo Laday (Rodney Gatt) kienet l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u mexxiet lill-kumplament ghal parti twila tad-distanza.

Dan sakemm l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali fejn kien dak il-ħin li din id-debba bdiet tnaqqas mill-ġiri. Dlonk inqabżet minn Duc d’Haufor (Redent Magro) li ha t-tielet rebha infila u tal-istaġun minn Vecteur Winner misjuq minn Joseph Verbeeck. Tinus Moseby (Marco Refalo) u Brio De Malte (Kirsten Axisa) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Fi tmiem dawn il-finali, is-sidien u s-sewwieqa rebbieħa ġew premjati minn Andrew Grech, f’isem l-isponsors. Dan fil-prezenza ta’ Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club.

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier, reġa kien il-favorit Franċiż Up And Go (Rodney Gatt) li hareg rebbieħ. Gatt talab lil dan iż-żiemel biex jibda l-assalt tiegħu matul l-ahhar 700m biex mar quddiem f’nofs id-dritta finali ħalli jieħu t-tielet rebħa konsekuttiva u f’Malta. Dan faċilment b’tul u nofs minn Lajos Cella (Rodney Gatt) u Quick Fix (Charles Camilleri), li kien għal hafna hin quddiem. Upman (Noel Baldacchino) kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Desir La Douve (Sh. Portelli) Hin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Dreamed Victory (J. Zahra) 3. Tilt De Loge (A. Magro) 4. Petit Pierricais (B. Zammit)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Svennes Neon (N. Baldacchino) Hin – 3.29.7” (1.17.4”) 2. Tirana C.N. (M. Farrugia) 3. Udon d’Occagnes (T. Demanuele) 4. Veinard Fouteau (C. Calleja)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Black Is Black (A. Farrugia) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. David Greenwood (A. Curmi) 3. Brio Des Genievres (J. Gafa’) 4. Lillen Sisu (J. Briffa)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ultra Dag (F. Casha) Hin – 3.22.1” (1.16.5”) 2. Breidabliks G.T. (R. Gatt) 3. Sitka Rod (T. Demanuele) 4. Andromeda Du Nord (Ch. Grech)

V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lead Day Credit (Ch. Vassallo) Hin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Aigle DuClos (B. Debono) 3. Ange Du Porto (G. Grech) 4. Tornado De Talonay (D. Baldacchino)

VI Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Hallas Judex (Ch. Magro) Hin – 3.18.1” (1.15.1”) 2. Damu Cherry (J. Farrugia) 3. Capac Boko (C. Vassallo) 4. Russell Williams (K. Azzopardi)

VII Tigrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Duc d’Haufor (R. Magro) Hin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Vecteur Winner (J. Verbeeck – Bel) 3. Tinus Moseby (M. Refalo) 4. Brio De Malte (K. Axisa)

VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Glenn Boko (R. Gatt) Hin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Vagabond d’Echal (P. Galea) 3. Uno Pont Vautier (M. Ellul) 4. Udako (A. Farrugia)

IX Tigrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quite A Feeling (D. Casha) Hin – 2.36.6” (1.13.2”) 2. Axel Tilly (J. Farrugia) 3. Sandsjons Revenue (C. Camilleri) 4. Ripsos De Fa (I. Bilocca)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hilda Nalan (C. Vassallo) Hin – 3.21.1” (1.16.2”) 2. Uciano (J. Farrugia) 3. Uragano (C. Calleja) 4. Vif D’Or Blanc (T. Tanti)

XI -il Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Up And Go (R. Gatt) Hin – 3.17.3” (1.14.7”) 2. Lajos Cella (J. Gafa’) 3. Quick Fix (C. Camilleri) 4. Upman (N. Baldacchino)

XII -il Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Verjak Heulinois (J. Verbeeck – Bel) Hin – 3.21.8” (1.16.4”) 2. Theo Des Landiers (M. Mifsud) 3. Fakir Haleryd (R. Schembri) 4. Sire Le Roi (J. Farrugia)