Ingħata bidu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi ‘Flimkien għal Pajjiżna‘ organizzata mill-Partit Nazzjonalista.
Aħna neżistu biss għal poplu Malti w Għawdxi u għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista għaldarb ‘oħra qiegħed isejjaħ lill-poplu għall-għajnuna sabiex jibqa’ jaħdem u jwassal il-messaġġ lill-poplu.
Hekk iddikkjara s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli hekk kif ingħata bidu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi – ‘Flimkien għal Pajjiżna’ li qed tiġi organizzata ġewwa d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista – bi tħejjija għall-Elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju.
Huwa sostna li għalkemm il-Partit Nazzjonalista kontinwament iwassal il-proposti u l-ideat tiegħu, jekk ma jkollokx biex tikkomunikahom issir aktar difficli iżda dan kollu jista’ jsir bil-forzi tan-nies billi jċemplu u jiġu fid-Dar Ċentrali.
It-teżorier David Camilleri saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu pjan fit-tul u din il-maratona hija essenzjali sabiex inkunu nistgħu ntejbu, nsaħħu u nimmodernizzaw il-Partit Nazzjonalista.
Din il-Maratona Ġbir ta’ Fondi, li għandha għaddejja sa nofsillejl, qed issir ukoll fl-isfond li l-Partit Nazzjonalista għaddej minn riforma u tiġdid, bin-numru ta’ żgħażagħ u tesseramenti li qed jiżdiedu qatigħ.
//= $special ?>