Meta l-Imħallef irtirat Giovanni Bonello jlissen staqrrijiet iebsa u li jqanqlu dubji kbar dwar l-awtonomija u l-funzjonalità tal-Qrati llum … wieħed għandu verament jitħasseb.
L-Imħallef Emeritus…li serva bħala imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, huwa persuna li jnissel rispett … aktar ‘aktar fost dawk kolha li jaħdmu fil-qasam qrati u fil-ġudikatura.
Nhar il-Ħadd, l-ex imħallef ta intervista estensiva lill-ġurnal Independent on Sunday fejn għamel diversi stqarrijiet inkwetanti…fosthom, li 16 mill-aħħar 17-il ħatra li saru fil-ġudikatura kienu ħatriet ta’ qraba ta’ politiċi, ħbieb tal-ministri jew b’xi mod marbuta ma’ involviment politiku.
Stqarrija li għandha verament tnissel tħassib fost dawk li għandhom għal qalbhom il-ġustizzja, kif spjega l-Ħadd il-Kap tal-Partit Nzzjonalista Adrian Delia.
Fi kliem Giovanni Bonello stess.. issa inbeda proċess li se jħalli problemi għall-50 sena li ġejjin u li ma jarax soluzzjoni għaliha…
Kundanna qawwija li għamel l-istess imħallef hi li l-Qrati Maltin… f’każi ta’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem… qegħdin sempliċiment jagħtu t-timbru ta’ approvazzjoni għall-abbużi ta’ dawk fil-poter…
Hu semma wkoll il-fatt li pajjiżna hu l-uniku minn fost dawk fl-Unjoni Ewropea fejn il-ġudikatura tintagħżel u tinħatar mill-Prim Ministru.
//= $special ?>
