Audit li nbeda sabiex jevalwa l-iskejjel f’pajjiżna diga’ sab diversi nuqqasijiet li fost l-oħrajn jinkludu… ipparkjar bl-addoċċ fl-iskejjel, postijiet ta’ ħruġ li mhux imsakkra kif ukoll in-nuqqas ta’ kulturà ta’ sigurtà. Dan kollu b’riskju għall-istudenti u l-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel.
L-audit iffoka fuq ħames skejjel tal-istat u kien inbeda bħala reazzjoni wara li ġenitur u qarib ta’ student li kien qed jiġi bullied fl-iskola ta’ Pembroke daħlu fl-istess skola u f’argument li nqala’ ndarbu student u numru ta’ edukaturi.
Dan il-każ, li jinsab quddiem il-Qorti, seħħ ftit tal-jiem biss qabel każ ieħor, din id-darba fl-iskola sekondarja San Injazju ta’ Ħal Qormi.
Ir-riżultati tal-audit li sar minn kumpanija privata jikkonfermaw dak li ż-żewġ unions li jirrappreżentaw lill-edukaturi, l-MUT kif ukoll il-UPE ilhom jgħidu: li l-edukaturi f’pajjiżna huma f’riskju kontinwu minħabba nuqqas ta’ sigurtà fl-iskejjel.
Konferma wkoll ta’dak li ilu jgħid il-PN dwar il-fatt li l-Gvern nesa’ għal kollox lill-għalliema, u mhux jagħti każ is-sigurta’ fil-binjiet skolastiċi.
L-audit, li qed jitmexxa mill-Maġġur John Schembri, juri kif, fost oħrajn, diversi skejjel m’għandhomx sistema kif il-vetturi li jwasslu l-istudenti jimmanuvraw ladarba jaslu fl-iskejjel rispettivi.
Mhux biss m’hemmx regoli dwar fejn jieqfu, iżda lanqas hemm sistema jew struttura dwar minn fejn għandhom jidħlu jew joħorġu dawn il-vetturi.
F’kummenti lit-Times of Malta, il-Maġġur Schembri ddikjara li n-nuqqasijiet li qed jiltaqa’ magħhom jistgħu jiġu solvuti biss bl-investiment neċessarju.
//= $special ?>“Is-sigurtà fl-iskejjel trid tittieħed bis-serjetà immedjatament” – il-Partit Nazzjonalista