Dalgħodu saru l-aħħar sottomissjonijet taż-żewġ partijiet f’din il-kawża quddiem l-Imħallef Robert Mangion.
Għall-Kap tal-Oppożijzzjoni qed jidhru l-Avukati Vince Galea, Janice Chetcuti u Andrea Portelli.
Għall-Avukat Ġenerali qed tidher l-Avukat Victoria Buttigieg.
11:40 Il-Kawża hi differita għas-sentenza għall-14 ta’ Mejju fid-9.15am.
11:40 L-Avukat Ġenerali jikkonkludi l-argumenti tiegħu.
11:38 Peter Grech qed jgħid li ħadd m’għandu dritt li jingħata kopja ta’ dan it-tip ta’ dokument.
11:37 Kontro-risposta tal-Avukat Ġenerali: l-Avukat Ġenerali jgħid li din it-tip ta’ talba li jingħata kopja tad-dokument immedjatament mad-deċiżjoni tal-Qorti ma tistax tittieħed hekk.
11:35 Galea qed jitlob li jekk il-Qorti tilqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jingħata kopja tal-inkjesta, dan għandu jsir immedjatament.
11:34 Vince Galea qal li d-deċiżjoni jekk din l-inkjesta tiġix diskussa fil-pubbliku ittieħdet mill-Avukat Ġenerali meta iddeċieda hu li jagħti kopja tar-rapport lil membri ta’ partit politiku.
11:33 L-avukat tal-Kap tal-Oppożizzjoni jargumenta dwar ir-rwoli diversi li għandu l-Avukat Ġenerali f’dan il-każ.
11:30 Vince Galea jikkummenta dwar dak li għadu kemm qal l-Avukat Ġenerali meta qal li għall-Prim Ministru hu xellef naqra il-liġi għax hekk kienet titlob is-sitwazzjoni.
11:29 Imiss ir-replika ta’ Vincent Galea
11:27 Fil-konlużżjoni tiegħu Dr Peter Grech qal li għaldaqstant ma sarx ksur tad-drittijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta l-Avukat Ġenerali ddeċieda li ma jagħtix kopja tal-inkjesta Egrant lil Adrian Delia.
11:26 L-Avukat Ġenerali fl-argumentazzjoni tiegħu qed jgħid li qieħed jipprova li qed jipparaguna żewġ affarijiet ugwali. L-argument tal-Avukat Ġenerali hu li filwaqt li s-segretezza tal-inkjesti tapplika għal kollox, iżda it-tip ta’ inkjesta li kienet talbet li f’dan il-każ jingħataw kopji lil persuni oħra.
11:21 Peter Grech qed jgħid li ma ġiex ippruvat illi l-inkjesta intużat għal xi skop partikolari mill-persuni li għandhom kopja tagħha.
11:20 Dwar l-iżbilanċ, Peter Grech qed jargumenta li meta l-Prim Ministru ingħata l-kopja tad-dokument, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx fl-istess pożizzjoni li kien il-Prim Ministru, li kien rabat il-kariga tiegħu ma’ din l-inkjesta.
11:16 Dr Peter Grech qed jargumenta li l-Qorti Ewropea qatt ma kellha każ fejn ġie mitlub dokument ta’ investigazzjoni kriminali.
11:14 L-Avukat Ġenerali elenka rapporti ta’ inkjesti li ġew ippubblikati imma qal li dawn kienu inkjesti magħluqin u allura ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ din l-inkjesta. Hu qal li din hi sitwazzjoni unika li f’dan il-pajjiż qatt ma nqalgħet.
11:10 Fil-Liġi dwar id-Dritt tal-Informazzjoni huwa aċċettat li meta hemm investigazzjoni, din trid tkun koperta b’ċerta segretezza.
11:09 Dwar il-vantaġġ fl-arena politika, Peter Grech qed jgħid li dak li tgħid il-liġi Ewropea dwar dritt ta’ informazzjoni għal NGO’s u ġurnalisti ma japplikawx għal każi politiċi għax qatt ma kien hemm talba simili.
11:07 Jgħid li ma jikkonsidrax li jagħti dokument b’partijiet nieqsa għax xorta jkun hemm dubju dwar x’fihom dawk il-partijiet.
11:04 Peter Grech qed jgħid li dipartiment tal-Gvern jista jagħti kopja ta’ dokument li jkollu ċerti partijiet imħassrin. Iżda il-Kodiċi Kriminali ma jidħolx fi kwistjonijiet bħal dawn. Jikkontempla biss jekk wieħed għandux jagħti jew ma jagħtix kopja ta’ dokument.
11:02 Fl-argumentazzjoni tiegħu l-Avukat Ġenerali qed jgħid li meta hu jagħti kopja ta’ dokument, qatt ma jista’ jagħmel ristrezzjonijiet fuq dak li jista’ jsir bid-dokument minbarra l-obbligi normali li jorbtu lill-persuna b’data protection.
11:00 Peter Grech qed jargumenta li din l-inkjesta assumiet aspett Kostituzzjonali minħabba li l-persuna li talbet l-inkjesta, jiġifieri il-Prim Ministru, rabat il-kariga Kostituzzjonali tiegħu mal-eżitu ta’ din l-inkjesta.
10:58 L-Avukat Ġenerali qed jgħid li l-fatt li l-Prim Ministru ingħata kopja sħiħa tar-rapport kien imħabbar pubblikament.
10:54 “Huwa noramli li inkjesta tmur għand il-pulizija” – Peter Grech qed jagħti r-raġuni għalfejn tlett spetturi tal-Pulizija flimkien mal-Kummissarju u l-Assistent Kummissarju għandhom kopja tal-inkjesta.
10:50 Peter Grech jgħid li r-rapport tal-inkjesta mhuwiex rapport amministratt imma dokument kriminali. Hu qed jgħid li trid issir distinzjoni dwar in-nautra tad-dokument.u trid tittieħed id-deċiżjoni amministrattiva dwar lil min jista jingħata.
10:47 L-Avukat Ġenerali qed jargumenta dwar id-distinzjoni li trid issir fir-rwoli differenti tiegħu. Kif huwa definit bħala uffiċċjali pubbliku u wkoll bħala persuna fl-ammnistrattiv.
10:45 Tkompli s-seduta bit-trattazjoni tal-Avukat Ġenerali
10:40 Is-seduta ġiet sospiża għal ftit minuti
10:35 L-Avukat ta’ Adrian Delia jikkonkludi billi jgħid li d-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li ma jagħtix kopja tar-rapport allura hi fi ksur tad-dritt tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
10:33 Vince Galea jgħid li l-Avukat Ġenerali ma rnexxielux jipprova r-raġuni għalfejn il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux dritt għal kopja ta’ dan ir-rapport. U li l-Avukat Ġenerali ma jistax jibqa’ jgħid li dan ir-rapport huwa sigriet, għax mhuwiex, għax ingħata lil diversi persuni.
10:31 L-Avukat Galea jistaqsi x’kienet il-problem li tiġi ppubblikata l-ewwel parti tar-rapport. Jgħid ukoll li kienu ppubblikati biss parti mill-konlużjonijiet.
10:28 “Ma nafx kemm-il persuna oħra għandhom dan ir-raġġprt sħiħ” – Vince Galea
10:25 L-Avukat Ġenerali lanqas ta mqar ċ-ċans lill-Kap tal-Oppożijzzjoni li jara r-rapport sħiħ f’xi ħin.
10:23 Vince Galea qed jargumenta li jekk wieħed qed jallega li nkisirlu d-dritt tiegħu, trid tikun il-parti l-oħra li tipprova li dan id-dritt ma nkisirlux. Għaldaqstant l-Avukat Ġenerali jrid jipprova li ma kisirx id-dritt tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta ma ngħatalux kopja tar-rapport Egrant, filwaqt li lil dawk li ngħatalhom kopja tar-rapport lanqas biss sarulhom restrizzjonijiet dwar kif jużaw dan l-istess rapport.
10:21 “Bid-deċiżjoni li l-Avukat Ġeenrali jagħti kopja lil ċertu nies u lill-Kap tal-Oppożizzjoni le, ħoloq diskriminazzjoni”
10:18 “Għalxejn l-Avukat Ġenerali jgħid li r-rwoli tal-Prim Ministru u tal-Kap ntal-Oppożijzzjoni mhumiex l-istess għax l-argument mhux dak”
10:16 “L-Avukat Ġenerali xellef id-dritt tal-Kap tal-Oppożizzjoni u lil ta’ ħaddieħor ma xellfux”
10:15 L-Avukat ta’ Adrian Delia jistaqsi jekk il-kontenut tal-inkjesta huwiex ta’ interess pubbliku meta l-Prim Ministru il-Ministru tal-Ġustizzja, l-Avukat Pawlu Lia, Kurt Farrugia, l-Assistent Kummissarju Ian Abidlla u tlett spetturi tal-pulizija, għandhom kopji ta’ dan ir-rapport.
10:09 Vince Galea argumenta wkoll li meta l-Avukat Ġenerali qal hu stess qal li dokument bħal dan ma jistax jingħta lil persuna li tpoġġi fil-parlament biex imbagħad jużah meta jidhiulu. iżda hawn ukoll makienx konsistenti għad hu ta kopja lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Ġustizzja. Ifakkar ukoll kif l-Avukat Ġeenrali għamel l-argument li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux rwol investigattiv bħal ġurnalist jew NGO u għaldaqstant m’għandux ikollu kopja tar-rapport. Jargumenta li allura ġurnalist għandu dritt għal kopja ta’ dan id-dokument, u l-Kap tal-Oppożizzjoni le?
10:05 L-Avukat Galea jgħid li dwar l-argument li hemm informazzjoni dwar terzi fir-rapport Egrant li m’għandhomx x’jaqsmu mal-inkjesta, biex iżomm bilanċ kellu jneħħi dawk il-partijijet u jagħti kopja tar-rapport xorta lill-Kap tal-Oppożizzjoni. B’hekk biss kien jinżamm bilanċ.
10:02 Vince Galea jargumenta li meta l-Avukat Ġenerali qal li ma riedx jagħti kopja lill-Kap tal-Oppożizzjoni kopja tar-rapport u ma għamilx l-istess talba lill-Prim Mnistru, lil Pawlu Lia, lil Owen Bonnici u lil Kurt Farrugia, hu ħoloq żbilanċ.
10:00 L-Avukat tal-Kap tal-Oppożizzjoni jinnota li imkien fir-risposta tal-Avukat Ġenerali imkien ma kien indika li hu kien għadda kopja tar-rapport tal-inkjesta kinet ingħata lill-Avukat PAwlu Lia, jew lill-Ministru tal-Ġustizja jew lill Kurt Farrugia. Jgħid li l-Avukat Ġenerali kellu jgħid kollox lill-Qorti u mhux biss dak li jistaqsu l-avukati tar-rikorrent.
09:55 Vince Galea jgħid li l-Avukat Ġeenrali wera biċ-ċar li tkun xi tkun id-deċiżjoni ta’ Qorti Ċivili kien se jiċħad lill-Kap tal-Oppożizzjoni minnkopja tar-rapport għax kieku tahulu ma kienx se jżommu għalih..
09:52 Galea jistaqsi kif jista l-Avukat Ġenerali jgħid li d-deċiżjnoni jekk jagħtix kopja tal-inkjesta hi deċiżjoni ammninistrattiva, meta huwa stess parti mill-inkjesta.
09:50 L-Avukat Galea qed jargumenta dwar ir-rwoli differenti tal-Maġistrati. Fl-inkjesta, il-Maġistrat hu Maġistrat waħdu u mhux Qorti u għaldaqstant, f’dak ir-rwol jiġi taħt l-Avukat Ġgenerali.
09:40 L-Avukat Vince Galea beda l-intervent tiegħu billi kkwota lill-Imħallef Bonello meta kien qal li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni kostituzzjonali hi din il–Qorti, jiġifieri dik Kostituzzjonali, u mhux il-Qorti Ċivili.
//= $special ?>