Sport Sport Ieħor

David Farrugia jtemm fid-disa’ post fil-Kampjonat tad-Dinja tar-Raffa

David Farrugia spiċċa fid-disa’ post minn 23 parteċipant fil-Kampjonat tad-Dinja tar-Raffa li sar f’San Miguel de Turcuman fl-Arġentina, kompetizzjoni organizzata mill-Federazzjoni Internazzjonali Bocce. Farrugia kkompeta fil-kategorija individwali bit-23 pajjiż affiljat jiġu mill-Ewropa, mill-Amerika, mill-Asja kif ukoll mill-Afrika.

Fil-fażi tal-gruppi, Farrugia kiseb tliet rebħiet u telfa. Hu tilef kontra Suo Wentao taċ-Ċina 9-6, rebaħ liċ-champion tad-dinja preżenti Arannis Giaminazzi tal-Iżvizzera 12-9, għeleb lil Rodolfo Galuex taċ-Ċili 9-8 kif ukoll rebaħ 12-0 kontra Hakim Ali tal-Alġerija.

Fit-tieni rawnd, Farrugia sofra t-tieni telfa fil-Kampjonat kontra Enrico dall’Olmo ta’ San Marino 12-5 iżda rebaħ 11-9 kontra Gabor Foti tal-Ungerija. Madankollu fil-partita deċiżiva għar-rawnd sussegwenti, Farrugia reġa’ tilef kontra Enrico dall’Olmo ta’ San Marino 12-6 biex spiċċa fid-disa’ post.

Tags