Lokali

“Denise Ellul kienet spiżjara ta’ qalb kbira”

Fil-Knisja tal-Gudja ingħatat l-aħħar tislima lill-ispiżjara Denise Ellul; mara maħbuba minn bosta u li dejjem iddefendiet l-interessi ta’ dawk fil-bżonn.

Il-fatt stess li l-Knijsa kienet mimlija bin-nies, jixhed ir-rispett li kienet tgawdi Denise. Preżenti kien hemm ukoll il-Kap tal-PN Adrian Delia, flimkien mal-Viċi Kap David Aguis, numru ta’ deputati, u l-President Eżekuttiv Mark Anthony Sammut.

Waqt l-omelija, Dun Evan Caruana saħaq li tul ħajjitha Denise dejjem uriet l-imħabba lil dawk kollha ta’ madwarha u tat servizz mill-qalb lil komunità tal-Gudja.

Dun Evan fakkar lil Denise bħala mara ta’ qalb tajba u eżemplari. Hi kellha kuraġġ kbir li baqghet tghaddih lil dawk kollha li kienu qrib tagħha … minkejja t-tbatija li kienet għaddejja minna lejn l-aħħar ta’ ħajjitha.

Denise Ellul kienet spiżjara li dejjem stinkat għall-aħjar interess tal-pazjenti, il-morda u l-anzjani. Fil-fatt kienet hi li ftit tas-snin ilu kixfet diskriminazzjoni li kienet għaddejja fis-sistema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek.