“Avveniment biex ikun hemm il-qsim ta’ esperjenza dwar dak li hemm bżonn biex mara tirnexxi fin-negozju u fil-ħajja.”
Dan kien kliem l-Uffiċjal Kap Finanzjaraju tal-BOV, Elvia George waqt li l-istess bank kien qiegħed ifakkar Jum il-Mara b’ċelebreazzjoni għan-Nisa fin-Negozju.
Dan sar bħala ispirazzjoni għan-nisa kollha biex isegwu l-passjoni tagħhom biex fl-aħħar mill-aħħar jaslu fejn jixtiequ fil-kariga tagħhom.
Waqt dan il-jum kienu milqugħin diversi mistednin, diretturi nisa u sidien ta’ negozji biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u l-ħiliet; ħiliet li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jiġu implimentati fin-negozji tagħhom stess.
“Aħna nemmnu fid-diverisità,” qalet Elvia George filwaqt li żiedet tgħid, “naħdmu ukoll mill-qrib ma’ negozji mmexxija min-nisa biex joffrilhom prodotti finanzjarji magħmula apposta biex jgħinuhom jilħqu l-potenzjal tagħhom.”
F’dan il-jum kien hemm panel varjat ta’ kelliema li ffaċċjaw u għelbu d-diffikultajiet biex jagħmlu suċċes rikonoxxut fin-negozju.
Il-Bank of Valletta huwa kburi bil-politika tiegħu ta’ reklutaġġ u ta’ avvanz fil-karriera li dejjem kienet miftuħa b’mod indaqs għaż-żewġ sessi abbażi tal-aktar individwi kreattivi u b’ħiliet mingħajr l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni.
//= $special ?>