Dar Charles Miceli, servizz ta’ Aftercare għal persuni li qed jirkupraw mid-dipendenza fuq id-droga, qed tiċċelebra għeluq is-sena minn mindu laqgħet l-ewwel klijenti.
Fl-isfond tal-50 sena Anniversarju ta’ Caritas Malta, saru diversi attivitajiet ċelebrattivi mill-klijenti u l-istaff li jagħmlu parti minn din id-dar.
Fost dawn nhar it-Tnejn 4 ta’ Marzu, ġie mistieden il-Monsinjur Victor Grech li wara Dun Fortunato Mizzi, iddedika aktar minn 40 sena ta’ ħidma sħiħa fi ħdan Caritas Malta. Mons Grech iltaqa’ mal-grupp ta’ persuni li qed jibbenefikaw minn din id-dar u bħal dejjem sema’ l-persuni u tahom kelma ta’ faraġ.
Tkellem fuq kif wieħed irrid ifittex u jara s-sabiħ li hemm fih u li m’għandu jaqta’ qalbu qatt fil-vjaġġ tiegħu għall-fejqan. Mons Grech stqarr li Caritas Malta qed tkompli bis-sħiħ l-appoġġ għall-persuni fil-bżonn u ħeġġeġ biex min għandu bżonn jersaq għall-għajuna għandu jagħmel dan bla biża’ li jiġi ġġudikat.
Godwin Spiteri, wieħed mill-klijenti li għamel il-programm f’San Blas, għamel skultura fil-ġebel bix-xbieha ta’ Monsinjur Victor Grech u dakinhar tal-vista, b’sorpriża, inkixfet din l-opra tal-arti fil-preżenza tal-Monsinjur.
//= $special ?>