Il-kumpanija Amerikana Boeing qed tiffaċja domandi serji wara t-traġedja tal-Ethiopian Airlines li seħħet ilbieraħ – traġedja li fiha mietu dawk kollha li kienu abbord l-ajruplan, b’kollox 157 persuna.
Dan kien it-tieni inċident f’temp ta’ 5 xhur li fih iġġarraf Boeing tal-għamla 737 Max 8. F’Ottubru fil-fatt kien iġġarraf l-ajruplan tal-Lion Air fl-Indoneżja.
China Airlines u l-Ethiopian Airlines ħadu deċiżjoni li għalissa ma joperawx titjiriet b’dan il-mudell.
Minkejja dan, l-esperti qed jgħidu li hu prematur wisq illi wieħed jasal għal xi forma ta’ konklużjoni.
//= $special ?>