Koppja Melleħija ġabru iktar minn €3,000 f’donazzjonijiet għal Fondazzjoni Puttinu Cares waqt maratona ta’ 85 kilometru mixi.
Duncan u Anabelle Gauci mxew miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa u lura, filwaqt li tul il-mixja huma bdew jieqfu għand diversi għaqdiet …jigbru id-donazzjonijiet. Il-mixja, li bdiet matul il-lejl tal-Ħadd u spiċċat f’nofsinhar, ħadet madwar 10 siegħat.
Mal-wasla tagħhom ġewwa l-pjazza tal-Mellieħa, huma ngħataw merħba mill-isbaħ minn diversi Melleħin.
Tmiem il-ġimgħa ġewwa l-Mellieħa kien wiehed ta’ ċelebrazzjoni b’diversi attivitajiet oħra madwar ir-raħal kollu.
Matul l-istess ġurnata tal-maratona saret esebizzjoni ta’ karozzi lussużi, filwaqt li fl-istess post kien hemm ukoll diversi attivitajiet oħra għall-familja biex jinġabru donazzjonijiet f’risq Puttinu Cares.
Fl-istess ġimgħa saret ukoll ikla organizzata mis-Soċjetà Filarmonika La Vittoria filwaqt li l-għada l-għaqdiet Melleħin tal-isports ingħaqdu flimkien u organizzaw ġurnata ta’ logħob għal dawk kollha li attendew, fosthom tournament tal-futbol.
Minn naħa l-oħra, il-Kummissjoni Żgħażagħ Melleħin organizzat Fancy Dress Party għat-tfal filwaqt li bħala parti minn dawn l-attivitajiet saret ukoll wirja kollettiva tal-arti minn 13-il artist Mellieħi u anke wirja taċ-ċikkulata.
Il-ġbir kollu se jkun qed jingħata lill-Fondazzjoni Puttinu Cares.
//= $special ?>
