“Huwa tat-tkexkix li tisma’ lill-Avukat Ġenerali ta’ pajjiżna jgħid li hu ħa deċijoni amministrattiva meta ddeċieda li r-rapport li ta lil-Prim Ministru ma jagħtihx lill-Kap tal-Oppożizzjoni”.
Adrian Delia qal dan wara li dalgħodu kompliet tinstema’ l-kawża li fetaħ hu kontra l-Avukat Ġenerali Peter Grech sabiex tingħatalu kopja tar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.
Adrian Delia qal li llum ħareġ ċar li d-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġeenrali huma biss fil-ħarsien tal-Gvern u mhux fil-ħarsien tal-ġustizzja u l-liġi, u jrid li jillimita id-dritt tal-informazjon f’dan il-pajjiż.
Tul is-seduta tat-Tnejn, l-Avukat Ġenerali baqa’ jargumenta dwar il-fatt li ma kienx hemm żbilanċ meta ddeċieda li jċaħħad lill-Kap tal-Oppożizzjoni milli jkollu kopja ta’ dan ir-rapport. Deċiżjoni li Adrian Delia qed jinsisti li ħolqot żbilanċ politiku, iżda fl-istess seduta hu qal ukoll li ma jittrattax lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni bl-istess mod.
Li jfisser li jagħmel il-kejl hu kif jidhirlu u jagħti kopja tar-rapport lill-Prim Ministru, lill-Ministru tal-Ġusstizzja, lill-Avukati tal-Prim Ministru u lill-Pulizija imma mhux lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Tul l-istess seduta, l-Avukat Ġenerali ddeskriva din is-sitwazzjon bħala waħda li qatt ma kine hawn bħala f’pajjiżna, b’referenza għall-fatt li Prim Ministru kien suġġett ta’ inkjesta kriminali.
Adrian Delia saħaq li hu se jkomplu jaħdem biex jingħata dak li hu dritt tiegħu biex ikun assigurat li f’pajjiżna tibqa’ tirrennja d-demokrazija.
//= $special ?>