Meta kien qed jitkellem fid-dawl tas-sebgħin sena mill-anniversarju mit-twaqqif tal-Commonwealth, id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li fl-2005 kien sar ħafna xogħol mill-Gvern ta’ dak iż-żmien biex jiżdied il-kummerċ bejn Malta u l-Commonwealth. Huwa qal li dan huwa suq enormi, suq ta’ madwar tliet biljun persuna u għaldaqstant Malta tista’ tisfrutta dan is-suq għal vantaġġ tagħha.
Tenna li bħalissa l-Commonwealth jinsab għaddej minn xi ftit tat-taqlib u dan fost affarijiet oħra, hemm l-Ingilterra li għaddejja minn proċess jekk hi hux se tibqa’ fl-Unjoni Ewropea jew le. Għadaqstant jiġri x’jiġri wieħed għandu jara kif b’dak li rnexxielna nakkwista bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, jiġi wkoll inkluż mal-pajjiżi tal-Commonwealth. Hemm ħafna fejn jista’ jieħu vantaġġ.
Fost affarijiet oħra li s-suq bejn dawn il-pajjiżi jkun aktar liberu, anqas impożizzjoni ta’ fejn jidħlu dazji u dwana, aktar ukoll ta’ fejn jidħol skambju u li jkun hemm programmi dwar demokrazija u r-rule of law. Qal li jekk nattwaw dan kollu jista’ jkollna vantaġġi kbar u magħquda nistgħu nimxu ‘l quddiem, partikolarment anke ma pajjiżi li jinsabu fil-kontinent Afrikan.
//= $special ?>