Lokali

RITRATTI: Appoġġ qawwi għall-PN

Kienet suċċess minn kull aspett il-maratona ġbir ta’ fondi organizzata lbieraħ mill-PN – maratona li fiha inġabret is-somma ta’ €381,267.

Is-somma fiha innifisha mhux biss hi sinjal ta’ appoġġ għall-PN u l-politika li qed jixpruna Adrian Delia, iżda wkoll sostenn importanti qabel l-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej li fihom il-poplu Malti u Għawdxi se jeleġġi d-Deputati tal-Parlament Ewropew u l-kunsillieri lokali.

Il-Ħadd kienet ukoll ġurnata li matula d-Dar Ċentrali tal-PN kienet mimlija attivita’ sa minn kmieni filgħodu.

Id-donazzjonijiet baqgħu deħlin sa tard bil-lejl, bis-somma finali titħabbar mill-Kap tal-PN Adrian Delia illi minn naħa tiegħu irringrazzja lil kull min ikkontribwixxa.

Ritratti: Martin Agius