Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident bejn karozza u mutur f’Ħal Balzan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu hekk kif għal xi raġuni mara ta’ 40 sena daħlet bil-vettura tagħha ġo mutur misjuq minn raġel ta’ 62 sena, it-tnejn residenti Ħal Balzan.

Ambulanza ssejħet fit-triq tal-inċident, Vjal De Paule fejn ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.