Lokali

Somma rekord miġbura waqt il-Maratona Flimkien Għal Pajjiżna: €381,267

Għal darb’oħra somma rekord miġbura  matul il-Maratona Flimkien għall-Pajjiżna. Is-somma miġbura hija ta’ €381,267. Il-maratona saret tul il-ġurnata tal-Ħadd fid-Dar Ċentrali. Kienu bosta l-appelli li saru tul is-siegħat tal-maratona b’mod partikolari issa li l-Partit Nazzjonalista jinsab fuq l-għatba ta’ żewġ elezzjonijiet importanti.

Tul l-interventi tiegħu, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar li l-vot huwa responsabbilta’ u għalhekk kulħadd għandu jeżerċita dan id-dritt. L-appelli kienu ukoll dwar il-ħtieġa li wieħed għandu jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista, kemm fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew kif ukoll għall-Kunsilli Lokali.

Matul il-maratona ħadu sehem ukoll deputati tal-Partit Nazzjonalista, kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Saru interventi ukoll mill-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo u David Agius, mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli kif ukoll mill-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono.