Titneħħa post insensittiva dwar Jake Vella wara numru ta’ rapporti mill-poplu Malti lil paġna Taljana l għamlet meme fuq l-istess tifel. Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ryan Callus kien ukoll talab lil Facebook ineħħi post dwar Jake Vella. Huwa kien ħeġġeġ ukoll lil dawk li jaqraw il-post biex jagħmlu bħalu u jipprotestaw ma’ Facebook.
Il-kelliem tal-PN għall-isport f’post fuq Facebook kiteb, “Kemm hi ħaġa insensittiva li xi ħadd ipinġi storja fuq bniedem bla ma jaf xejn dwaru.” Huwa talab lil Jake biex ikompli jkun ta’ ispirazzjoni għalina lkoll li fejn hemm id-determinazzjoni, hemm is-saħħa.
Meme li kiene tinsab fuq paġna ta’ Facebook bit-Taljan spiċċat b’mijiet ta’ kummenti ta’ kritika minn bosta Maltin li nġabru flimkien sabiex jagħtu s-sapport tagħhom lil Jake Vella. Dan wara li spiċċa fil-mira ta’ ċajta goffa minn din il-paġna.
L-atleta ta’ Triathon Fabio Spiteri qal li huwa urtat li sit Taljan qed jgħaddi kummenti hekk fuq persuna bħal Jake, li huwa eroj u ta’ ispirazzjoni għalina lkoll.
//= $special ?>