Alġerin li ilu Malta mat-18-il sena, u li kien iżżeweġ Maltija 17-il sena ilu ttieħditlu ċ-ċittadinanza għax deċiżjoni tal-Qorti sabet li ż-żwieġ tiegħu kien ivvizzjat. L-Alġerin li llum għandu negozju f’Malta u jħaddem in-nies miegħu, kien whistle-blower fil-każ dwar il-visas li kien qajjem interess kbir.
Kienet l-Oppożizzjoni li talbet lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-ħruġ ta’ 7,000 visa maħruġa lill-Alġerini f’sena u nofs. F’ittra mibgħuta lill-Awditur Ġenerali l-Oppożizzjoni talbet li, quddiem l-iskiet itarrax tal-Gvern, l-Uffiċċju tal-Awditur wara li investiga dwar il-mod kif inħarġu dawn il-visas partikolarment fid-dawl tal-allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni lta raġun lill-Oppożizzjoni.
Dan ħareġ waqt il-ħin tal-aġġornament f’diskors li għamel id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Qal li din hija l-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta li seħħ każ similin u qal li kieku l-Qorti sabet li dan kien żwieġ ta’ konvenjenza, kien ikun hemm raġuni valida, imma ma kienx il-każ.
Qal li d-delitt sekulari aħħari li kull stat li jista’ jikkommetti huwa t-teħid taċ-ċittadinza li mhux biss hija Maltija, imma hija Ewropea, u din ittieħdet lil dan il-persuna, minn Gvern li huwa kattiv u insensittiv. Qatt ma kellna każ f’pajjiżna li Gvern jirrevoka każ ta’ ċittadinanza mhux ghax kellu żwieġ ta’ konvenjenza.
Meta Qorti tiddeċiedi li jkun żwieġ li jkun sar għal konvenjenza bejn barranija u Malti, iva ċ-ċittadinanza tiġi revokata, imma qatt ma smajna b’ persuna li tittieħdilha għax 17-il sena ilu, il-Qorti sabet li ż-żwieg t tiegħu kien ivvizjat.
Huwa qal li qed jiżvela aħbar xokkanti fejn l-Alġerin ġie nfurmat dwar dan fit-8 ta’ Marzu u b’sens ta’disgust. Xi ħaġa li qatt ma kellna każ bħalu f’Malta. Il-Malti, Alġerin, iżżewweġ mara Maltija f’ April 1995, u li hu kien ilu Malta għal aktar minn sena. F’Settembru tal-istess sena kienet ingħatatlu ċ-ċittadinanza Maltija, bena negozju u ħaddem in-nies.
Dan l-Alġerin kien fl-aħbarijiet f’ Novembru tal-2015, bl-Awditur Ġenerali jagħtih raġun, u ta wkoll raġun lill-Oppoċizzjoni. Imma l-Gvern ma ħamilx u nhar il-Ġimgħa, Identity Malta, infurmatu bid-destin tiegħu fejn bagħtulu ittra u nfurmawh b’kollox.
//= $special ?>