Jum kruċjali għal Brexit.
Dan hekk kif il-Prim Ministru Ingliż qed tinsisti li rnexxielha tagħmel it-tibdiliet li talbuha mill-Commons għad-deal ta’ Brexit. Iżda minkejja dan il-pass, hemm il-biża’ li xorta waħda dan ma jkunx biżżejjed biex il-ftehim ġdid jiġi approvat mill-Parlament Ingliż – vot li se jittieħed aktar tard illejla.
Theresa May qed tiffaċċja l-possibilità ta’ umiljazzjoni oħra fil-Commons dwar Brexit wara iż-żjara qasira u intensa li għamlet fi Strassburgu bit-tama li tikseb ftehim aktar vantaġġjuż għar-Renju Unit.
Wara taħditiet fit-tul mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Junker, May ħabbret li kien irenxxielha tikseb it-tibdiliet legali dwar il-kwistjoni tal-backstop.
“Wasal iż-żmien li ningħaqdu flimkien wara dan il-ftehim ġdid u nagħtu lill-poplu Ingliż dak li vvota għalih”, qalet Theresa May.
//= $special ?>