Kurżitajiet Lokali Mużika

Dik l-imbierka furfiċetta….għal waħda, tnejn!

Il-furfiċetta li qajjmet dibattitu sħiħ fuq il-media soċjali

Il-faxxinu tal-kanzunetta ‘Chameleon’ malajr jidher li tar mar-riħ meta diversi Maltin spiċċaw jiddiskutu difett żgħir li fih il-video ta’ Michela Pace – difett illi jidher li l-esperti barranin u t-team sħiħ li ħadem fuq din il-produzzjoni, ħarbilhom!

Hija furfiċetta li ħolqot dan id-dibattitu kollu, u li tidher fil-video uffiċjali meta jkunu għaddew minuta u erbgħin sekonda.

Iżda jekk żball wieħed ma kienx biżejjed, kien hemm aktar. Dan għaliex ħafna ħarbitilhom IT-TIENI FURFIĊETTA li tidher fit-tieni minuta u għoxrin sekonda.