Lokali Parlament

Drenaġġ ħiereġ fl-iskola tar-Rabat Għawdex li tinsab fi stat diżastruż

L-iskola Primarja tar-Rabat, Għawdex, tinsab fi stat diastruż u ma jsir xejn. Drenaġġ ħiereġ fil-bitħa u problemi kbar oħra u ma jsir xejn. Il-Ministru għal Għawdex, ma titkellimx u l-wegħda ta’ skola ġdida fir-Rabat, baqgħet fuq li xkaffa. Tal-mistħija!

Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-Aġġornament id-Deputat Nazzjonalista David Stellini tkellem dwar l-importanza li jsir xi ħaġa ta’ fejn għandhna x’taqsam l-iskola Primarja tar-Rabat Għawdex. Huwa saħaq li din hija skola qadima u mifnija b’diversi problemi u hemm bżonn li jsir xi ħaġa, biex l-istudenti jkollhom ambjent tajjeb.

Meta health inspectors isibu ħmieġ f’restaurant dan jagħlquh, u meta l-OHSA isibu li mhemmx sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, dawn jieħdu l-provedimenti. Fi skola ma jsir xejn, fejn fl-iskola kull tliet ġimgħat ifur id-drenaġġ, tal-mistħija.

Huwa qal li din l-iskola fil-preżent ma għandiex sala. Minħabba n-nuqqas ta spazju is-sala tqassmet fi klassijiet, xi ħaġa li ma tagħmilx ġieh. Fil-fatt li qed isier issa hu li kull meta ssir xi attivita u jkun hemm bżonn ta’ sala  l-istudenti iridu jinħargu mill-iskola. Tenna li bhalissa qed tinġabar petizzjoni dwar il-kundizzjoni ta’ l-iskola u biex tittiehed azzjoni biex tinbena skola gdida. Il-kelliem qal li sa nhar is-Sibt li għadda din il-petizzjoni iffirmawha mat 350 persuna.

Stellini qal li l-ġimgħa l-oħra, l-Union tal-Għalliema l-MUT ħarġet stqarrija fejn din qalet li kkomunikat mas-Segretarju Permanenti fil-MEDE wara li kienet irċievet ħafna kummenti minn membri tal-“Gozo College Rabat Primary”. L-MUT qalet li s-sitwazzjoni fl-iskola tirrikjedi attenzjoni immedjata speċjalment fejn tidħol is-saħħa u s-sigurta’, kemm għal edukaturi u studenti. L-MUT saħqet dwar l-importanza ta’ investiment għal skola ġdida u li għandu jkun hemm investiment adekwat fil-faċilitajiet eżistenti.

Il-Union qalet li hija talbet li l-Ministeru konċernat jintervjeni kif jeħtieġ. Kien hemm sejħa wkoll mill-Union biex il-membri tagħha jkompli jinfurmawha fir-rigward taċ-ċirkostanzi preżenti, biex għalhekk tkun f’pożizzjoni aħjar biex tieħu l-azzjonijiet neċessarji. Stellini qal li s-sitwazzjoni tant hi gravi li ta’ sikwit qed ikun hemm problema ta sadd fit-drenaġġ. Problema oħra hija s-sistema ta elettriku difettuża. Ftit ġranet ilu l-Enemalta issosspendiet is-servizz tal-elettriku biex issir manutenzjoni fl-inħawi ta’ fejn hemm l-iskola.

Stellini qal li biex ikompli jiġi kollox ħażin għal dawn l-istudenti u l-għalliema. meta ingħata s-servizz lura nħarqu ħames “interactive white boards”.