Sport Sport Ieħor

Fabio Baldacchino jirbaħ l-ewwel rawnd tal-Kampjonat tal-Hillclimb

Fabio Baldacchino rebaħ l-ewwel rawnd tal-kampjonat Enemed tal-Hillclimb li sar il-Ħadd li għadda fit-telgħa tal-bajja tal-Ġnejna fil-limiti tal-Imġarr. Bħalma sar fl-aħħar snin, dan il-kampjonat ġie organizzat mill-Island Car Club.

Total ta’ għoxrin sewwieq ħadu sehem f’diversi klassijiet, b’Mauro Portelli u Darren Camilleri jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post wara Baldacchino. It-tieni rawnd tal-kampjonat isir il-Ħadd 7 ta’ April fit-telgħa ta’ Pennellu fil-Mellieħa.