Meta kien qed jitkellem dwar il-liġi favur id-drittijiet tal-minuri, d-Deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li huwa qed irodd ħajr lil dawk il-ħafna li jagħmluha ta’ “Foster Carers”. Qal li meta tisma’ l-esperjenzi li jgħaddu minnhom, hija vokazzjoni kbir. Li jagħmlu dan ix-xogħol b’ċertu altruiżmu. Huwa raddilhom ħajr għal ġid u b’mod volontarju fuq tfal vulnerabbli.
Qal li lil Foster Carers nieħduhom “for granted”. Dawn jagħtu l-imħabba, affezzjoni u b’mod materjali jagħtu l-imħabba tagħhom bil-kbir. Faħħar lil dawk li m’għandhomx tfal u jaf oħrajn, li anke għandhom tliet ulied u xorta jsibu l-ħin biex jgħinu lil ħaddieħor.
Dan mhux jagħmluh għal xi gwandan tagħhom. Biex tieħu l-pass li tkun “Foster Parent” huwa li tagħti u tagħti biss. Allura rridu nisimgħuhom ħalli nagħmlulom il-ħajja ftit eħfef. Jekk hemm il-burokrazija allura nippruvaw nirranġawlhom is-sitwazzjoni. Irridu niftħu djalogu ma’ dawn in-nies u nifmu b’mod kostanti kif se nagħmlu l-ħajja tagħhom aħjar.
F’pajjiżna għandna organiżazzjoni li jagħtu taħriġ lil “Foster Parents” u għalhekk huwa tajjeb li nsaħħuh. Tkellem dwar il-problemi biex isiefru peress li jkollhom bżonn xi permessi biex isiefru u tinqala’ burokrazija. Kull ma jkollhom jagħmlu jinfurmaw lil awtoritajiet li se jsiefru u allura jmorru.
Xogħol li dawn in-nies jidħlu għalih huwa diffiċli ħafna u l-verita’ hi li l-flus li jaqilgħu tax-xahar mhux xi ħaġa spettakolari. Sfortunament ma tantx hawn minn dawn in-nies. Ix-xogħol tagħhom qed jikber u l-ammont ta’ nies qed jonqos. Mhemmx xi soluzzjoni maġika dwar dan, imma hemm bżonn li naraw x’sistema nistgħu nużaw biex inħajjru aktar nies jidħlu għal dan ix-xogħol.
Gouder qal li bħala politiċi rridu nagħmlu ftit aktar biex nagħmlu l-ħajja tagħhom aħjar. Ejjew nagħtu vuċi lit-tfal u nagħtuhom ħajja li tixirqilhom u li nippruvaw nisimgħuhom aktar. Tkellem ukoll dwar kemm is-soċjeta tagħna qed jinħolqu tfal Nomadi, jiġifieri dawn minħabba l-isfidi li hemm fuqhom iridu jiċċaqalqu minn skola u belt għal oħra.
Huwa tajjeb li nħarsu lejn is-soċjeta tagħna ta’ fejn hija sejra. Verament l-għoli tal-kera u l-faqar li hawn qed jikkontribwixxi għal dan kollu u li qed jaffettwa lill-familji. Hawn ħafna ma jaffordjawx il-kirjiet tal-lum u qegħdin jiċċaqalqu ta’ spiss, minħabba l-problemi li qed jiffaċċaw. Ma jfissirx li għandna figuri ekonomiċi tajbin, hawn min il-kwalita tal-ħajja tiegħu sejra lura.
Gouder qal li m’għandu l-ebda problema li jiġu barranin f’pajjiżna, imma mhux sew li jiġu bl-addoċċ u hemm bżonn ta’ pjan għax dan kollu qed joħloq pressjoni kbira fuq il-propjeta’. Hawn żgħażagħ li qatgħu qalbhom biex jixtru jew jikru l-post tagħhom. Il-fatt li ma jistgħux ilaħħqu u jieħdu deċiżjionijiet kontra dak li jridu huma, qed ikollha effetti fuq it-tfal tagħhom.
Huwa rringrazzja eluf ta’ ġenituri Maltin, li jagħmlu biċċa xogħol mill-aqwa biex irabbu u ħafna fuq tfal li għaddejjin minn problema. Qal li l-maġġoranza kbira tal-ġenitruri jagħmlu kollox għal uliedhom u jagħmlu sagrifiċċji kbar għalihom.
Gouder qal li jaħseb li hija xi ħaġa tajba li l-kontribuzzjonijiet li taw iż-żewġ naħat tal-Kamra kienu kbar u li hemm qbil minn kulħadd għax hemm tibdiliet li ilna biex nagħmlu u rringrazzja lill-Ministru Falzon li l-ħin kollu jieħu noti fuq is-suġġett, u dan juri l-impenn u dibattitu b’mod l-aktar matur.
Bħala politiku jidħol fid-djar tan-nies, u vera li l-maġġoranza l-ġenituri jieħdu ħsieb sew lil uliedhom, imma mbgħad vera hemm oħrajn li għadhom problemi kbar bħal droga. U ma nistgħux nħallu familji bħal dawn ikompli mexjin f’din it-triq għax qed ibatu t-tfal.
//= $special ?>