Wara l-inċident ta’ din il-ġimgħa fejn ajruplan tat-tip Boeing 737 MAX tal-Linja Ethiopian Airlines kraxxja f’Addis Ababa 6 minuti biss wara li telaq fi triqtu lejn il-belt ta’ Nairobi.
Għadd ta’ Awtoritatjiet tal-Avjazzjoni Ċivili madwar id-dinja qed iwaqqfu l-użu ta’ ajruplani ta’ din l-għamla, fosthom Singapore, iċ-Ċina, il-Malażja u l-Awstralja.
Issa l-Ingilterra ingħaqdet ma’ dawn il-pajjiżi u qed iwaqqfu titjiriet bil-Boeing 737 MAX 8.
Ajruplani ta’ din l-għamla tal-linji TUI u Turkish Airlines li kienu fi triqthom lejn ir-Renju Unit jew LI kienu se jidħlu fl-ispazju tal-ajru Ingliż ġew sospiżi b’effett immedjat.
Intant titjira li hi skedata li titlaq minn Manchester fil-ħin li ġej, u destinata għal Malta, tal-linja Thomson TUI qed tidher li se tittardja. It-titjira kellha tasal f’pajjiżna fis-7.15 tal-lejla iżda bħalissa qed tidher li se tasal fl-8.10. L-ajruplan skedat għal din it-titjira hu propju Boeing 737 MAX 8.
Fost il-ħafna linji tal-ajru li waqqfu l-operat ta’ dawn l-ajruplani hemm in-Norwegian Airlines, Air China, u Lion Air. Lion Air kienet il-linja tal-ajru li kienet qed topera t-titjira 601 li fid-29 ta’ Ottubru tas-sena li għaddoet kkraxxja fil-baħar ta’ Java 12-il siegħa wara t-tluq. Dakinhar tilfu ħajjithom 189 ruħ bejn passiġġieri u crew.
//= $special ?>