Lokali

AĠĠORGNATA: Fil-periklu tal-mewt l-Ingliża ta’ 31 sena li ttajret fil-Ħamrun

Issofri ġrieħi ta' natura serja

Dalgħodu, Xlukkajr ta’ 71 sena li kien qed isuq il-karozza tiegħu fi triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun, għaL xi raġuni laqat mara ta’ 31 sena mill-Ingilterra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am u immedjatament fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett.

Issejħet ukoll ambulanza li ħadet lill-Ingliża l-isptar Mater Dei fejn instabet li qed issofri minn ġrieħi tan-natura serja, u iktar tard li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.