Għat-tielet darba, Malta se tkun qed torganizza l-Kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Din it-22 edizzjoni attirat numru rekord ta’ parteċipanti, b’total ta’ 16-il pajjiż jieħdu sehem. Il-Portugall, il-Kosovo u l-Eġittu se jikkompetu għall-ewwel darba.
It-tim Malti li se jipparteċipa hu l-istess wieħed li ħa sehem fl-aħħar edizzjoni fit-Turkija. Għalhekk it-tim se jkun magħmul minn Sua Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi u Justin Caruana Scicluna, tal-aħħar se jkun qed jiddefendi l-midalja tad-deheb li rebaħ is-sena l-oħra. Sue Abela hi l-unika bowler li pparteċipat fl-edizzjonijiet kollha u hi wkoll l-aktar atleta li rebħet midalji tad-deheb f’dawn il-Kampjonati.
F’konferenza stampa, il-President tal-Malta Ten Pin Bowling Association Paul Baldacchino qal li matul iż-żmien, pajjiżna rebaħ diversi midalji u jittama li din l-edizzjoni toffri l-istess suċċess. Baldacchino rringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta tas-sapport li taw biex din l-organizzazzjoni setgħet tkun possibbli.
Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ se ssir fl-1 ta’ April, bil-kompetizzjonijiet jibdew l-għada 2 ta’ April. Fatt interessanti se jkun li għall-ewwel darba l-President tal-World Bowling Sheik Talal Mohammed Al Sabah se jattendi għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ.
Il-programm ta’ logħob
It-Tlieta 2 ta’ April Singles
L-Erbgħa 3 ta’ April Doubles
Il-Ħamis 4 ta’ April Mixed Doubles
Il-Ġimgħa 5 ta’ April Team x4
Is-Sibt 6 ta’ April Masters
//= $special ?>