Lokali Parlament

Liġi li għandha tissodisfa lit-tfal u mhux lil adulti

Arkivji

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-liġi għandu tkun disinjata biex tissodisfa lit-tfal u mhux lil adulti. Huwa qal dan meta kien qed jitkellem fuq il-liġi dwar il-protezzjoni tal-minuri.  Qal li Meta qegħdin nitkellmu fuq leġiżlazzjoni bħal din, liġi li ma fhijiex kontroversja politika.

Imma hawn qegħdin nitrattaw dwar l-imġieba tal-adulti. Dan huwa piz li fih ċertu dwejjaq, għax dawn tfal li qed nitkellmu fuqhom, imma min jista’ xi ħadd iseraħħli moħħi li t-tfal anke tiegħi mhux se jbati. Kulħadd taħt l-istess kappa, imma kemm verament qed nagħtu kas lit-tfal fid-dinja tal-lum.

In-numru ta’ 32,000 żagħażugħ f’dan il-pajjiż li daqu l-kannabis, skont stħarriġ li sar dan l-aħħar. Dan sew? Din hija bozza ħamra li qed tixgħel. Ejja ma nkissrux il-familja, huwa qal. Dan minħabba l-kilba għal flus, qed ibatu l-ulied. Il-mara llum qed taħdem u hemm ovvja jbatu t-tfal.

Illum hawn tfal ta’ ftit xhur li ma jafu lil ħadd, la l-ġenituri, la n-nanniet u lil ħadd, għax qegħdin fiċ-“Child Care Centers”. Għad jgħaddi ż-żmien forsi 30 sena oħra, se jkun hemm dawk li jikkritikaw li qed nagħmlu llum minħbba l-għebbusija tar-ras. Fosthom min kien approva l-liġi tad-divorzju u qabel is-separazzjoni.

Il-ħtiġijiet tal-pjaċiri qegħdin jikkontrollaw kollox illum. Anke tmur fl-għasses, tara tifel hemm biex tiġbru l-omm, minħabba problemi tal-familja. Dan qegħdin niżnu l-effett fuqu meta jikber. Punt ieħor qal li żgur li jekk irridu niġġieldu l-faqar irrdu nsaħħu l-familja. Staqsa kemm dan qed jiġri.

Dan piz kbir. Meta nitkellmu fuq leġislazzjoni bħal din ma nistgħux nitkellmu fuq dawn l-affarijiet jekk kollox ikun ddisinjat biex jissodisfa lil adulti. Irridu nimxu ‘l quddiem fit-trattament tagħna versu t-tfal.  Kif se niġġudikaw din il-liġi, biex taqdi l-adult jew biex taqdi l-ħtiġijiet tat-tfal. Ħafna drabi l-adulti jitkellmu skont kif jaqbel lilhom u mhux kif jaqbel lit-tfal.

Għandna nikkonċentaw fuq il-ħtiġijiet tat-tfal. Ir-responsabbilita’ tiġi fuq l-adult. Hu qal li kien qed jitfa’ l-ewwel piz fuqu. Jekk se niddeċiedu x’inhu tajjeb għat-tfal skont kif jaqbel l-adulti, allura se nieħdu falza stikka. Minħabba l-pjaċiri tagħna ġieli nispiċċaw nikkalpestaw lit-tfal.

Huwa appella biex il-Parlament ma jilleġiżlax id-droga għal fini ta’ rikreazzjoni. Huwa qal li d-droga f’dan il-pajjiż hija r-rovina tas-soċjeta’ tagħna. Jekk inkomplu anke fil-Parlament flok nagħtu x’nifmu biex uliedna joqgħodu l-bogħod mid-droga, u mhux biex niddevertu jew immorru għal eżami minħabba t-tensjoni, hekk le.

Qal li mhux biss lit-tfal, imma rridu nbiegħdu lill-familja mid-droga. Organiżazzjonijiet bħal Caritas ukoll qalet ukoll li alla ħares nilleġiżlaw favur id-droga. Hemm bżonn li npoġġu jdejna fuq il-ferita. Rapporti oħra li jgħidu li għandna vjolenza fis-sistema edukattiva, dan mhux ukoll xi ħaġa li tmur kontra t-tfal.