Ewropa Lokali

Malta bl-inqas rata ta’ fertilita’ fl-UE

Fl-2017 fl-UE kellna 5,075,000 tarbija li twieldu

Ċifri uffiċjali tal-Eurostat għall-2017 juru li minn sena għall-oħra qed tkompli tonqos ir-rata ta’ twelid fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Minn din l-istatistika joħroġ li Malta għandha l-inqas rata ta’ fertilita’ minn fost it-28 pajjiż membru.

F’pajjiżna, ir-rata ta’ feritilita’ hi ta’ 1.26 wild għal kull mara. Fi Spanja din hi ta’ 1.31 segwita mill-Italja u Ċipru. L-akbar rata ta’ fertilita’ hi fost in-nisa Franċiżi b’medja ta’ 1.9 wild għal kull mara.

Id-data tal-2017 turi li f’dik is-sena kellna ftit aktar minn 5 miljun tarbija li twieldu; mal-100,000 anqas mis-sena ta’ qabel. Ftit aktar minn żewġ miljuni kienu l-ewwel twelid għall-koppji.

F’Malta, kellna 2,283 wild għal nisa li saru ommijiet l-ewwel darba. L-eta’ medja li fiha mara Maltija jkollna l-ewwel wild tagħha hi ta’ 29 sena. 5.3% minn fost dawk f’Malta li saru ommijiet kellhom taħt l-20 sena.