MANCHESTER CITY……….. 7
Ederson, K. Walker, Danilo, A. Laporte (F. Delph 72’), O. Zinchenko, I. Gundogan, B. Silva, D. Silva (P. Foden 64’), R. Sterling, L. Sane, S. Aguero (G. Jesus 64’)
SCHALKE……………………… 0
R. Fährmann, W. McKennie (H. Mendyl 74’), B. Stambouli, S. Sane, J. Bruma, B. Oczipka, N. Bentaleb, S. Serdar, B. Embolo (S. Skrzybski 69’), Y. Konoplyanka, G. Burgstaller (C. Teuchert 79’)
Imwissija: J. Bruma 33’ (S), Danilo 48’, O. Zinchenko 69’ (M)
Skorjaw: S. Aguero 35’ pen, 38’, L. Sane 43’, R. Sterling 56’, B. Silva 71’, P. Foden 78’, G. Jesus 84’ (M)
Referee: Clement Turpin (Franza)
Ir-rebħa ta’ 3-2 fil-Ġermanja kienet diġà poġġiet lil Manchester City b’ċans tajjeb li jikkwalifikaw, iżda ċ-champions Ingliżi għamlu ċert li jevitaw sorpriża b’rebħa dominanti ta’ 7-0 fuq Schalke fl-Etihad Stadium.
SERGIO AGUERO fetaħ l-iskor fil-35 minuta minn penalty meta qabbeż il-ballun fuq Fährmann, bl-istess SERGIO AGUERO jirdoppja tliet minuti wara meta rċieva mingħand Raheem Sterling u skorja mill-kaxxa ż-żgħira biex għalaq il-kwalifikazzjoni fl-ewwel taqsima.
Huma saħansitra daħlu jistrieħu 3-0 minn fuq fit-43 minuta b’xutt fil-baxx ta’ LEROY SANE wara li kien irċieva ballun fl-ispazju min-naħa xellugija.
Id-distakk kompla jikber fit-tieni taqsima, bir-raba’ gowl jasal fis-56 minuta meta Sane sab lil RAHEEM STERLING bi kross preċiż, bil-plejer Ingliż jiskorja b’konklużjoni mill-ewwel minn qagħda ideali. Sane reġa’ kien strumentali fil-ħames gowl fil-71 minuta meta din id-darba serva bi kross fil-baxx mix-xellug lil BERNARDO SILVA, li daħal tajjeb u skorja b’xutt għar-rokna.
Is-sostitut PHIL FODEN għamel l-iskor 6-0 fit-78 minuta meta rċieva vertikalment minn Sane, qabeż lil Fährmann u skorja f’lasta vojta. GABRIEL JESUS issiġilla r-rebħa fl-84 minuta b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta minn fuq il-linja tal-kaxxa l-kbira.
//= $special ?>