Mumenti ta’ paniku fil-Qawra wara li partijiet mil-lukanda Qawra Palace ħadu n-nar kmieni wara nofsinhar – nar illi skont sorsi li tkellmu ma’ Net News żviluppa miz-zona fejn hemm is-sawna u l-ispa.
Mal-ewwel intervjenew numru kbir ta’ membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanzi li waslu fil-post biex jaghtu l-ewwel ghajnuna. It-turisti li kienu fil-lukanda ġew kollha evakwati – evakwati wkoll il-haddiema tal-Qawra Palace.
B’kollox kienu 15 il-persuni li ingħataw assistenza urgenti. Anke wiehed mill-pumpieri kellu jinghata għajnuna mit-tobba minħabba d-dħahen li bela’.
Dawk li ingħataw l-assistenza ġew mgħottija b’kutri minħabba r-riħ qawwi. Ohrajn iddahhlu fi hwienet fil-vicin, u fiz-zona tal-pool tal-istess lukanda.
Kelliema ghall-Protezzjoni Civili kkonferma li n-nar ġie taħt kontroll f’temp ta’ siegha. Ghalkemm l-operazzjoni delikata tas-CPD kompliet fis-sighat ta’wara sabiex jitnehhew id-dhahen kollha li ingemghu fuq ġewwa tal-lukanda.
Fil-post intuzaw disa’ vetturi tat-tifi tan-nar li waslu mill-istazzjonijiet tax-Xemxija, Ħal Far u Kordin. Fil-post iddejhu wkoll zewg ambulanzi.
Sakemm intemmet il-ħidma tas-CPD, it-triq ewlenija li twassal lejn San Pawl il-Baħar ingħalqet.