Lokali Parlament

Parlament li huwa fid-dmir li jaħseb għal minoranzi, fl-emarġinati u fil-vulnerabbli

L-imħabba li għandna lejn it-tfal hija waħda indiskuttibli. Fil-maġġor parti tal-każi, il-ġenituri Maltin u Għawdxin, lesti biex jagħmlu minn kollox biex ikollhom it-tfal u meta jkollhom wild, x’ma jagħmlux għal uliedhom … b’imħabba u għozza kbira. Fortunatament, dan il-Parlament ma jilleġiżlax biss għall-maġġoranza, anzi, …. Għandna d-dmir li naħsbu fil-minoranzi, fil-ftit, fl-emarġinati u l-vulnerabbli.

Meta kienet qed titkellem fuq il-liġi tal-Protezzjoni tal-Minuri d-Deputat Nazzjonalista Claudette Baldacchino tkellmet dwar it-tliet pilastri mportanti fuq din il-liġi, it-tfal, “Social Workers” u l-“Foster Carerss”.

Dwar it-tfal hija kkowotat lil Dr. Gabor Maté, Kanadiż, imwieled l-Ungerija, u li huwa tabib magħruf li kien jiffoka fuq il-vizzju u trawma li kienu jbatu biha numru ta’ pazjenti li kien ikollu, u kif kien jaf jidirriza dawn il-problemi. Hija staqsiet dwar l-effett tat-trawma fuq it-tfal u tagħat eċempji dwar kif jara dawn il-problema Dr. Maté.

Dan qalet kien jemmen li vizzju, alkoħol jew drogi, vizzji dwar is-sess jew internet, logħob jew xiri, huma attentat biex jirregolaw li stati emmozzjonali internio tagħna u dan peress li aħna m’aħniex komdi, u dan kollu joriġina miż-żogħżija. Għal Dr. Maté, ma hemm l-ebda distinzjoni, ħlief l-istat bejn vizzju u ieħor, l-istess sistema tal-moħħ, l-istess dinamika emozzjonali, l-istess uġiegħ u l-istess komportament ta’ segretezza, ċaħda u gideb.

“Aktar ma tikkawża uġiegħ fuq in-nies, aktar huma dawk li tgħid kontrihom u tipprova tiżolhom, aktar se jħossuhom ħażin fuqhom innifishom. Aktar ma timponi sofferenza, aktar issaħħhom fix-xewqa tagħhom li huma jaħarbu.  Studji juru li “stress” kmieni jaffettwa ċ-ċelloli fin-nervituri tal-moħħ u s-sistema immuni tal-ġrieden u l-umani u li dawn isiru aktar suċċetibbli għal kokaina, bħal adulti,” jgħid  Dr. Gabor Maté.

Il-kelliema qalet li mela nafu li t-tfal għaddejin minn trawma kbira u rridu nnaqsu dik it-trawma u l-effetti u konsegwenzi tagħha. Irridu naġixxu malajr mat-tfal biex inwarrbuhom mis-sitwazzjonijiet trawmatiċi, imma l-Foster Carers iridu jkun preparati sew biex huma jgħinu t-tfal jiffaċċjaw it-trawma…. Li tista tkun trawmatika għall-Foster Carers infushom…. Trabi li sabu l-wens u l-imħabba permezz tal-Fostering kmieni … meta kien għadhom trabi, illum huma żagħżagħ li kapaċi jiffaċċjaw il-ħajja aħjar minn dawk li baqgħu jiġġieldu mat-trawma u jiffaċċjaw il-ħruxija ta’ realta’ li tħalli effett dejjiemi fuq il-kbar u l-adulti, aħseb u ara t-tfal.

Il-kelliema qalet li minħabba l-esperjenza personali tagħha, kellha tiffoka ftit fuq ir-rwol tal-Foster Carers imma ħarset ukoll lejn punti oħrajn. Kompliet tgħid li permezz ta’ din il-liġi se nkunu qed nagħtu aktar vuċi b’saħħitha lit-tfal. Irridu nisimgħu wkoll x’qed jgħidu l-Foster Carers.  Hemm il-bżonn ta’ laqghat fejn jeħdu sehem it-tfal mal-genituri, u l-Foster Carers ikunu bħala sors ta’ sapport u informazzjoni, inkluż relazzjoni mal-genituri bijoloġiċi u mas-social workers.  Il-Foster Carers bħala CO-WORKERS u mhux bhala Placement, iżda biex dan isir irid ikun hemm formazzjoni u preparamenti ta’ vera.

Foster Carers ta’ vera, jrabbu t-tfal ta’ ħaddiehor bil-ħsieb u l-intenzjoni li t-tfal (għax ikun għal-ġid tagħħom) jerggħu jmorru lura mal-ġenituri naturali tagħhom. Jekk dan ma jkunx ta’ ġid għat-tfal … anzi jekk dan ikun trawmatiku … hemmhekk għandha tiġi kotemplata l-addozzjoni.

Il-kelliema tagħat eżempji ta’ persuni li ltaqgħet magħhom fix-xandir fejn Genituri bijoloġici li saru ħbieb mal-Foster Carers u sabu sapport kbir minn għandhom (każ ta’ mard), semmiet dwar dak li tkellem dwar preparazzjoni għat-tfal biex jaċċettaw id-diffikultajiet tal-ġenituri … Staqsiet dar “Data Protection”, fuq Foster Carers li ma jafu xejn fuq il-backgroud tat-tfal!!! Kif se jkunu t’għajnuna vera? Hija qalet li biex inħajjru aktar persuni jkunu Foster Carers irridu noffru sapport b’saħħtu u sigurta’ 24 siegħa kull jum.

Claudette Buttigieg sellmet lis-Social Workers u sellmitilhom għax-xogħol diffiċli, b’toqol enormi ta’ responsabbilta’ u bi ħlas li ma jirriflettix il-veru hidma. Dawn għadhom “workload enormi”, u b’hekk ma jistgħux jagħtu l-attenzjoni mixtieqa, u staqsiet ukoll jekk hemmx biejjed li qegħdin jagħmlu din l-għażla. Kemm qed jitilqu? Fejn qed imorru? X’nistgħu nagħmlu? U l-problema kbira f’dan il-qasam fin-nuqqas ta’ esperjenza. Social workers li għadhom jiggradwaw iridu jaħdmu biex itellgħu l-esperjenza imma social workers b’esperjenza jiswew mitqlu deheb

Dwar din il-liġi Buttigieg qalet li tixtieq tifhem għalfejn il-kelma minuri u mhux tfal, u l-ħtieġa li nagħtu vuċi lit-tfal u lill-Foster Carers. Dwar il-Bord tal-Fostering, fuq il-perjodu ta’ sentejn, jista’ jwassal biex każijiet individwali jgħaddu minn id għall-oħra. Forsi l-Ministru jkun jista jispjega x’hinu l-ħsieb. Il-burnout? Il-ligi stress qed taghmel provvediment fl-istess artiklu. Tkellmet dwar is-safar, jiġifieri fuq il-possibilita’ ta’ permess ta’ safar fuq numru ta’ xhur imma b’kundizzjonijiet ta’ avviż eċċ. Jekk jistgħux ikunu nfurmati l-awtoritajiet tal-ajruport/port biex din l-esperjenza (b’intenzjoni pożittiva) ma tkunx trawmatika.