Lokali Parlament

Rapport ta’ inkjesta li ma sewa għal xejn

Meta kien qed jitkellem dwar il-liġi għad-drittijiet tal-minuri, d-Deputat Nazzjonalista qal li huwa ta’ pjaċir għalih li qegħdin jaqblu fuq dan l-abbozz ta’ liġi, imma huwa ta’ dispjaċir kbir li r-rapport li kien għamel l-Imħallef Michael Mallia, ma sew għalxejn. Qal li minkejja li l-Oppożizzjoni għal diversi drabi talbet niex r-rapport tal-Imħallef jiġi diskuss fil-Parlament, imma dan qatt ma sar u b’kapriċċ.

Kien hemm “Foster Parents’ li xebgħu jilmentaw fuq diversi nuqqasijiet, imma mhux tort tal-Oppożizzjoni dan mhux sew. Tenna li per prinċipju t-tfal għandhom jiġu salvargwardjat, kliem ukoll l-Imħallef Mallia.

Robert Cutajar qal li sfortunatament dan l-abbozz ħa fit-tul. Ilu għaddej seba’ snin, bejn 2013 u 2017. Tenna li dan l-Abooz kienet bdiet il-ħidma fuqu l-ex Ministru u llum President Marie Louse Coleiro. Wara ma sar xejn, u dan qal il-kelliem ma kienx qed jagħti tort lill Ministru preżenti Michael Falzon. Qal  bqajna ntawlu u kull gurnata li tawwlana kien hemm tfal u nies li qed ibatu.

Ħara li ma mexxejniexx il-quddiem fejn  dak inhar kl-Oppożizzjoni ppreżentat 23 emenda li  dak inhar remihom. Ta’ lanqas illum qed issir  konsultazzjoni denja li saret bejn id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech u l-Ministru Micahel Falzon, fejn tal-anqas għandna abbozz ħafna aħjar minn dak li kien se jkollna ftit tas-snin ilu.

Meta reġa’ tkellem dwar ir-Rapport tal-Imhallef Mallia, tenna li dan kien rapport li xxejkja lill-Gvern iżda hadd ma refa’ r-responsabbilita, fejn kien hemm deċizjonijiet li setgħu ma ttiehdux dak iż-żmien fl-interess u hemm tfal li llum kibru u dak inhar, ma sabux l-appoġġ min suppost kellu jagħtihom

Tkellem ukoll dwar il-karigi fejn huma daqshekk sensittivi, fejn għandna inħallu l-politika fil-ġemb u li jinħatru nies li jkunu professjonisti u mhux nies qrib Ministri.