Sport Sport Ieħor

Tenishia Thornton tikser diversi rekords nazzjonali fis-Slovenja

Iż-żagħżugħa ta’ 13-il sena Tenishia Thornton kellu prestazzjoni pożittiva f’kompetizzjoni internazzjonali li saret fis-Slovenja. Thornton li fil-ġurnata tal-kompetizzjoni kienet tiżen 45.35kg, ħadet sehem fil-grupp tal-bniet ta’ taħt l-14-il sena u spiċċat fl-ewwel post b’ 49kg snatch, 62kg clean and jerk għal total ta’ 111kg u 191.21 punt.

B’dan ir-riżultat, Thornton kisret tmien rekords nazzjonali fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena, kif ukoll f’dik ta’ taħt is-17-il sena u erba’ rekords fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena.

Sophia Stieg tal-Awstrija spiċċat fit-tieni post b’47kg snatch, 57kg clean and jerk għal total ta’ 104kg u 167.64 punt. Natasa Dermicek tal-Kroazja temmet it-tielet b’35kg snatch u 48kg clean and jerk għal total ta’ 83kg u 148.07 punt.