Iċ-champion tad-dinja taċ-ċikliżmu Kelly Catlin mietet fl-età ta’ 23 sena wara li wettqet suwiċidju. Il-familja tagħha ħabbret l-aħbar uffiċjali wara li fl-aħħar xhur kienet qed tbati minn trawma kronaka magħrufa bħala CTE. Din kienet konsegwenza ta’ concussion li kellha fl-aħħar xhur u li wasslet għal uġigħ ta’ ras kbir. Hi kienet sensittiva għad-dawl u fuq kollox kienet qed tbati minn depressjoni qawwija.
Catlin rebħet tliet titli mondjali mat-tim tal-Istati Uniti Pursuit bejn l-2016 u l-2018 apparti l-midalja tal-fidda li kisbet fl-aħħar Olimpjadi li saru fl-2016 f’Rio. Hi kienet għadha qed tistudja biex tiggradwa fil-matematika mill-Università ta’ Stanford fl-Istati Uniti fejn sfortunatament instabet mejta, bil-familja tikkonferma pubblikament fil-media soċjali dak li seħħ.
//= $special ?>