Sport Sport Ieħor

Valletta Subbuteo Club jagħmlu doppjetta

Valletta Subbuteo Club ġew inkurunati Champions għall-15-il darba fl-istorja u t-tmien sena konsekuttiva wara li rebħu l-logħbiet minbarra logħba li spiċċaw draw. Bormla Subbuteo Club spiċċaw fit-tieni post.

It-tim rebbieħ kien magħmul minn Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Mario Camilleri, Samuel Bartolo, Jurgen Balzan u Andrew Abela. B’kollox ħadu sehem erba’ timijiet f’dawn l-avvenimenti organizzati mill-Malta Table Football Sports Association. Dawn kienu Valletta SC, Valletta Lions TFC, Bormla SC u Attard SC.

Minbarra l-kampjonat, Valletta Subbuteo Club rebħu wkoll in-knock-out biex għamlu doppjetta. Hu rebħu l-finali kontra Valletta Lions TFC wara li fis-semifinali għelbu lil Bormla Subbuteo Club. Iċ-champions lokali u Bormla SC se jieħdu sehem fiċ-Champions League tal-FISTF filwaqt li Valletta Lions TFC u Attard SC se jikkompetu fl-Europa League organizzata mill-Federazzjoni Internazzjonali.