Kunsilli Lokali Lokali

AĠĠORNATA: Ilmenti mir-residenti dwar xogħol f’Marsaskala

Tħallew nofs leħja x-xogħlijiet ta’ tħaffir li nbdew fil-pjazza ta’ Marsaskala biswit il-Knisja.

Issa jidher, skont informazzjoni ġdida li kiseb Net News, li wara jiem sħaħ se tkun qed tingħalaq it-triq sabiex ikompli dan ix-xogħol.

Xogħol ta’ tħaffir li kien ġie mitlub mill-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma, issa ilu mal-erba’ ġimgħat wieqaf u z-zona tħalliet u fi stat li jista’ joħloq periklu.

Xatba li tpoġġiet biex jitnaqqas l-aċċess għaz-zona tat-tħaffir inqelbet u fl-art għad hemm fdalijiet u materjal li tħalla hemmhekk.

Mhux magħruf għaliex dawn ix-xogħlijiet twaqqfu ħesrem, u jekk jew meta se jitkomplew.