Lokali Parlament

111-il spezzjoni fuq klieb marbutin f’Malta u ħamsa f’Għawdex fl-2018

Ir-raġel jidher mal-klieb tiegħu

Fl-2018 saru 111-il ħdax il-spezzjoni f’Malta u ħamsa oħra f’Għawdex fuq klieb marbutin b’mop permanenti. Din iċ-ċifra ħarġet mill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Jose’ Herrera fuq mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Mario Galea.

Mario Galea staqsa dwar jekk jistax il-Ministru jgħid, kemm ilha li tressqet il-liġi li ma jistgħux jinżammu klieb marbutin b’mod permanenti (chaining of the dogs), kemm-il spezzjoni saret? Meta saru dawn l-ispezzjonijiet u f’liema nħawi saru? Kemm tressqu l-qorti?
Mit-tweġiba ħareġ li mir-Reġjun Tramuntana li jinkorpora fih l-Imdina, Ħad-Dingli, Ħal Għargħur, il-Mellieħa, lImġarr, il-Mosta, in-Naxxar, Pembroke, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, is-Swieqi u l-Imtarfa kien hemm 25 spezzjoni.  Mir-Reġjun ta’ Nofsinhar li jinkorpora fih Ħal-Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi,Birzebbuġa, il-Gudja, Ħal-Għaxaq,il-Ħamrun, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, l-Imqabba, Qrendi, Ħal-SaFI, Santa Luċija, u Żurrieq saru 34 spezzjoni.

23 spezzjoni saru fir-Reġjun Ċentrali li jinkorpora fih Ħ’Attard, Ħal balzan,Birkirkara, il-Gżira,l-Iklin,Ħal-Lija, Imsida,il-Pieta’,San Ġiljan,San Ġwann, Santa Venera, Tas-Sliema, Ta’ Xbiex
Reġjun Xlokk li jinkorpora fih il – Belt Valletta, il-Birġu, l-Isla, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Fgura,
il-Furjana, il-Kalkara, il-marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Paola, Ħal Tarxien u x-Xgħajra saru 29 spezzjoni u saru ħames spezzjonijiet f’Għawdex. Ta’ min isemmi wkoll li f’Għawdex din is-sena, għadha lanqas saret spezzjoni waħda.